Waterpolo
Enemed Cup 2019: San Ġiljan, Neptunes u Sirens jirbħu l-logħbiet rispettivi tagħhom

Fil-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq illum intlagħbu tliet logħbiet mill-Enemed Cup 2019.

San Ġiljan Tum Invest 10 Sliema Frank Salt 7

San Ġiljan rebħu tliet sessjonijiet minn erbgħa biex għelbu lis-Sliema bil-punteġġ ta’ 10-7. Fl-ewwel sessjoni San Ġiljan rebħu 2-1, u rebħu anke t-tieni waħda 4-3. Sliema rkupraw xi ftit fit-tielet sessjoni meta ħarġu rebbieħa 3-0, imma fl-aħħar sessjoni San Ġiljan kienu fl-aqwa tagħhom u rebħu 4-0 għal riżultat finali ta’ 10-7. L-aqwa skorers għal San Ġiljan kienu Kai Dowling, Ben Plumpton, Darren u Dino Zammit li kollha skurjaw tnejn, filwaqt li Jacob Sciberras u Nicholas Bugelli kienu l-aqwa skorers għal Sliema b’żewġ gowls ukoll.

Exiles Elia Caterers 12 Neptunes Leo Vegas 16

F’logħba li produċiet numru kbir ta’ gowls, Neptunes għelbu lill-Exiles bil-punteġġ ta’ 16-12. Exiles fetħu tajjeb tant li rebħu l-ewwel sessjoni 4-2, imma n-Neptunes dawru l-logħba fit-tieni sessjoni meta rebħuha 5-2, u t-tielet sessjoni rebħuha bil-punteġġ ta’ 6-3. Ir-raba’ u l-aħħar sessjoni ntemmet fid-dro ta’ 3-3, bl-aħjar skorers għan-Neptunes ikunu Niki Lanzon u Jeremy Abela b’4 gowls kull wieħed, filwaqt li Timmy Sullivan kien l-aħjar skorer għall-Exiles b’5 gowls.

Sirens Greentube 10 Birżebbuġa Freeport 8

B’rebħa f’żewġ sessjonijiet u dro fit-tnejn l-oħra, Sirens għelbu lil Birżebbuġa bil-punteġġ ta’ 10-8. Sirens rebħu l-ewwel sessjoni 2-1, bit-tieni waħda tispiċċa 3-3. It-tielet sessjoni reġgħet kienet mirbuħa minn Sirens 3-2, filwaqt li l-aħħar sessjoni spiċċat fi dro ta’ 2-2. L-aqwa skorers għas-Sirens kienu Marc Grech u Matthew Sciberras b’żewġ gowls kull wieħed, filwaqt li għal Birżebbuġa David Pace Lupi kien l-aħjar bi tliet gowls.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Novaky International Tournament ta’ taħt is-sbatax -il sena li qed isir fl-iSlovakkja. Riżultati sodisfaċenti għat-team Nazzjonali Malti li wara li tilef fl-ewwel ġurnata 15-6 kontra l-Ungerija, iktar tard mal-ġurnata…

Waterpolo

Fil-Pixxina Nazzjonali, mill-Kampjonat BOV Premier, San Ġiljan Tum Invest għelbu lil Sliema Frank Salt Real Estate bil-punteġġ ta’ 12-7. San Ġiljan rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet, 4-1, 2-1 u 3-1, bir-raba’…

Waterpolo

LEN Men’s European U15 Water Polo Championships 2019 Tournament ta’ Kwalifikazzjoni – Group B Żewġ telfiet fl-ewwel żewġ logħbiet għat-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ taħt il-15 -il sena fl-iSlovenja f’dan…

Waterpolo

Mil-lejla, fil-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq, ser jingħata bidu għall-Kampjonat tax-Xitwa tal-Waterpolo. Wara t-tmiem tat-Tazza Enemed nhar it-Tlieta li għadda, issa jmiss li jibdew jintlagħbu l-kampjonati domestiċi, il-Kampjonat Premier u l-Kampjonat tal-Ewwel…

Aktar