Waterpolo
Enemed Cup – San Ġiljan u Marsaskala b’rebħiet fil-logħbiet rispettivi

It-Tlieta tkompliet il-kompetizzjoni tal-Enemed Cup wara li kellha tiġi sospiża minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Otters Nivea  1-26  San Ġiljan Mercury

Fl-ewwel logħba li ntlagħbet, San Ġiljan Mercury ħadu rebħa kbira fuq Otters Nivea 26-1.

Sa tmiem l-ewwel sessjoni San Ġiljan kienu diġà rebħu l-logħba meta marru 10-0 minn fuq. Fit-tieni sessjoni komplew iżidu u skurjaw 6 oħra, bit-tielet sessjoni tagħlaq 5-0 favur San Ġiljan bir-riżultat parzjali jkun 21-0. Fir-raba’ u l-aħħar sessjoni wasal l-uniku gowl t’Otters, filwaqt li San Ġiljan skurjaw ħamsa oħra għal riżultat finali ta’ 26-1.

Dino Zammit skorja 8 gowls, filwaqt li Matthew Zammit skorja 6 u Ben Plumpton u Dominique Zahra skurjaw tlieta kull wieħed fost diversi skorers oħra.

Birżebbuġa Freeport  5-6  Marsaskala Fish & Fish

It-tieni logħba kienet aktar missielta, il-logħba bejn Birżebbuġa Freeport u Marsaskala Fish & Fish. Kienu l-Iskalin li ħarġu rebbieħa 6-5.

L-ewwel sessjoni ntemmet 2-2, bit-tieni sessjoni tintemm 1-1. Kienet it-tielet sessjoni li tat ir-rebħa lil Marsaskala, meta rebħuha 2-1, filwaqt li r-raba’ u l-aħħar sessjoni spiċċat 1-1 ukoll.

Christian Mifsud għal Birżebbuġa u Gerald Sammut għal Marsaskala skurjaw żewġ gowls kull wieħed.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA