Futbol lokali
Enmy Pena Beltre sospiż tliet partiti

Enmy Pena Beltre huwa l-uniku plejer sospiż mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Associaiton għal din il-ġimgħa.

Pena Beltre waħel 3 partiti u se jkun qed jitlef il-konfronti li Valletta jmisshom jilagħbu kontra Sirens, Gudja u Hibernians.

Pena Beltre tkeċċa fil-65 minuta tal-partita tas-Sibt li Valletta tilfu kontra Gżira United bi skor ta’ 2-0.

Miktub minn...
TVM Sport