
Il-kontinġent Malti li qed jieħu sehem fil- 15 -il edizzjoni tas-Summer European Youth Olympic Festival, li se jsir f’Baku, l-Ażerbajġan telaq minn Malta il-bieraħ, fejn huma mistennija li jingħaqdu ma’ madwar 3,600 atleta żgħażagħ u l-uffiċjali tagħhom.
Miżmum taħt il-patroċinju tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali għal dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena, il-Festival Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej (EYOF) huwa avveniment multi-sportiv ta’ livell għoli mmirat lejn atleti żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena. Huwa fl-EYOF li ħafna mill-istilel sportivi Ewropej tal-futur jieħdu l-ewwel passi
tagħhom fix-xena internazzjonali.
Il-kontinġent Malti qed jiġi rrappreżentat minn erba’ atleti. Fl-Atletika Malta se tkun irrappreżentata minn Rachela Pace li se tieħu sehem fl-avveniment tekniku tal-Long Jump, waqt li Kurt Zahra se jieħu sehem fil-200m. Fl-għawm, iż-żgħażugħa Sasha Gatt se tikkompeti fl-avvenimenti tal-freestyle tal-50m, 100m u 200m filwaqt li l-ġinnasta Ella Borg se tieħu sehem fil-Ġinnastika Artistika. L-Atleti Maltin se jidħlu fl-azzjoni mit-Tnejn 22 ta’ Lulju.
L-Għawwiema Sasha Gatt, li mhux biss kissret tlettax -il rekord Nazzjonali iżda kienet ukoll parti mit-tim ta’ 4 x 200 m Freestyle Relay li rebaħ il-Bronż fil-Logħob tal-2019 tal-Istati Żgħar tal-Ewropa fil-Montenegro f’Mejju, se tkun qedgħa ġġor il-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ.
L-atleti Maltin qed ikunu akkumpanjati minn kowċis Nataliya Berehova (Ġinnastika), Rachid Chouhal (Atletika) u Catalin Ioan Stan (Għawm). Id-dmirijiet ta’ Chef de Mission se jitwettqu mid-Direttur tal-Kumitat Olimpiku Malti Charlene Attard.
L-atleta Maltija Lisa Bezzina, dalgħodu kitbet parti sabiħa mill-Istorja tal-isport Malti u tagħha personali meta kissret ir-rekord nazzjonali tan-Nofs Maratona ta’ Pisa. Bezzina għamlet ħin ta’ 1.17.40 biex tejbet il-ħin…
Gymstars Gymnastics Club għadhom kemm ipparteċipaw f’avveniment internazzjonali f’Novi Sad fis-Serbja fejn kisbu riżultati pożittivi. It-turnament, li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ipparteċipaw għalih diversi pajjiżi fosthom il-Bulgarija, is-Serbja,…
Wara li nhar is-Sibt 7 ta’ Diċembru 2019 Zammit idaħħal fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti waqt is-serata tal-MOC Awards 2019, il-bieraħ hu ġie mgħoti l-‘Midalja għall-Qadi tar-Repubblika mill-Eċċellenza Tiegħu George…
Fis-7 ta Diċembru 2019, sitt qaddiefa mill-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor, telgħu jikkompetu fil-British Indoor Rowing Championships li saru f’Londra. Dawn kienu Clyde Cutajar, Jan Tanti, Emerson Farrugia, Sairita…