Golf
Erba’ golfers jiskru r-rekord dinji f’inqas minn nofs minuta

Golfer professjonali ħafna drabi jdum bejn 10 minuti u kwarta sabiex idaħħal ballun fit-toqba rispettiva. Dan il-ħin kollu tnaqqas bil-kbir meta erba’ golfers tat-Tour Ewropew ingħaqdu sabiex jiksru r-Rekord Dinji tal-Guinness.

Huma rnexxilhom idaħħlu l-ballun fit-toqba f’inqas minn 30 sekonda. Sean Crocker, Nicolai Hojgaard, Min Woo Lee u Wilco Nienaber kisru r-rekord li t-tim Amerikan kien waqqaf fl-2018, ta’ 27.88 sekondi.

Il-golfers iltaqgħu fil-Valderrama Golf Club ta’ Spanja u għażlu r-raba’ toqba f’tul ta’ 501 jarda. Wara diversi tentattivi li ma rnexxewx, li ħadu aktar minn sagħtejn, Nienaber tefa’ l-ballun fuq distanza ta’ 361 jarda fejn kien hemm Crocker jistenna. Min-naħa tiegħu tefa’ l-ballun 140 jarda oħra ‘l quddiem u ġabu biss 4 pulzieri ‘l bogħod mit-toqba u għaldaqstant Lee ma kellux problema biex jikkonkludi.

B’kollox ħadu 24.75 sekondi biex laħqu l-mira tagħhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA