Futbol internazzjonali
Esklussiva: Andrea Agnelli f’Malta f’Ġunju
Imexxi assemblea straordinarja tal-European Club Association

TVMSport jista’ jiżvela li l-President tal-club Taljan Juventus Andrea Agnelli se jkun hawn Malta f’Ġunju għal asssemblea ġenerali straordinarja tal-European Club Association – ECA – li tħaddan clubs li jilagħbu fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA: fosthom Malta.

Agnelli huwa chairman tal-ECA u miegħu mistennija jattendu l-assemblea delegati mill-ikbar clubs Ewropej bħal Barcelona, Real Madrid, Bayern Munich, Ajax, Benfica, Paris St-Germain, Inter u Milan fost l-oħrajn. TVMSport hu nfurmat li personalitajiet fil-football Ewropew bħal Pavel Nedved u Edwin Van der Saar huma fost id-delegati li ġejjin Malta.

L-assemblea li se titlaqqa’ fuq jumejn bejn is-6 u s-7 ta’ Ġunju mistennija tindirizza spekulazzjoni riċenti fil-media dwar il-format tal-kompetizzjonijiet għall-clubs Ewropej wara l-2024: fosthom għidut dwar il-formazzjoni ta’ Super League Ewropew biex jieħu post il-kompetizzjonijiet attwali tal-UEFA Champions League u Europa League.

Mal-mitejn u għaxar delegat b’kollox mistennija jieħdu sehem fl-assemblea straordinarja. Malta bħalissa hija rappreżentata fl-ECA mill-clubs ta’ Valletta u Birkirkara. Fil-fatt id-delegat ta’ Birkirkara FC John Borg, li kien strumentali biex l-assemblea nġiebet Malta, qed jgħin fil-kordinament loġistiku tagħha.

Il-European Club Association li twaqqfet fl-2008 tħaddan 232 club u hija l-unika għaqda rikonoxxuta mill-UEFA li tirrappreżenta l-interessi tal-clubs professjonali affijati fil-UEFA stess.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partita li ntlagħbet kmieni llum, Arsenal għelbu lil Burnley bi skor ta’ 2-1. Lacazette fetaħ l-iskor fit-13-il minuta u Barnes ġab il-gowl tad-draw żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Il-Gunners…

Futbol internazzjonali

Mario Balotelli, l-attakkant kontroversjali Taljan, se jsir plejer ta’ Brescia fis-sigħat li ġejjin. Jidher li matul il-lejl li għadda, sar ftehim bejn il-President Massimo Cellino u l-aġent tal-plejer Mino Raiola…

Futbol internazzjonali

L-ex kowċ nazzjonali tan-Niġerja, Samson Siasia, ġie sospiż għal għomru mil-logħba tal-futbol wara li nstab ħati ta’ match-fixing. Fi stqarrija, il-FIFA qalet li Siasia nstab ħati mill-Kumitat tal-Etikà, li aċċetta…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona, Philippe Coutinho, mistenni jiċċaqlaq u jmur sena b’self fil-Ġermanja ma’ Bayern Munich. Din l-aħbar ikkonfermawha ċ-champions Spanjoli stess. Ilbieraħ Coutinho vjaġġa mal-iskwadra f’Bilbao għall-ewwel partita tal-kampjonat li…

Aktar