ESKLUSSIVA – Danilo Doncic kowċ ġdid ta’ St.Andrews minflok Jose Borg

RAPPORT – Rodney Vassallo

Danilo Doncic kowċ ġdid ta’ St.Andrews minflok Jose Borg

TVM Sport jista jiżvela esklussivament li l-klabb tal-BOV Premier St.Andrews neħħew lill-kowċ Jose Borg biex minfloku bħala kowċ ġdid għadhom kemm ħatru lil Danilo Doncic.

Apparti l-kowċ Jose Borg, St.Andrews neħħew ukoll lill-assistant tiegħu Brian Chetcuti li floku bħala assistant kowċ jgħin lil Doncic inħatar l-ex player ta’ Floriana u Valletta fost l-oħrajn, Nenad Veselji.

Danilo Doncic mistenni jiddebutta fuq il-bank tas-Saints meta jirritorna l-Kampjonat il-ġimgħa d-dieħla, hekk kif il-Ħadd 16 ta’ Ottubru, St.Andrews jilgħabu f’logħba diretta min-naħa t’isfel tal-klassifika kontra l-ġirien u rivali tagħhom Pembroke Athleta.

Danilo Doncic huwa Serb ta’ 47 sena, m’għandu bżonn tal-ebda ntroduzzjoni fil-football Malti, lagħab għal diversi staġuni ma’ Valletta u Sliema Wanderers, u bħala kowċ diġa kellu esperjenzi f’Malta ma’ San Ġwann, Floriana, l-istess Sliema Wanderers, Tarxien Rainbows, Mosta u l-istess St.Andrews.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

MAFA 2018/19 Versity AFC qabżu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA meta b’wirja ferm konvinċenti huma għelbu lil Naxxar Victorians bl-iskor ta’ 3-0. Min-naħa l-oħra San Ġiljan Saints kisbu…

Futbol lokali

Wara telfa minima u draw, tasal ukoll ir-rebħa għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-kategorija. Ir-rebħa ta’ 2-1 ġiet fl-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Litwanja:…

Aktar