Futbol lokali
ESKLUSSIVA: Possibbiltà kbira li AC Milan jiġu f’pajjiżna għal training camp wara l-Milied

Teżisti possibbiltà kbira li AC Milan jiġu f’pajjiżna f’Diċembru li ġej, fil-jiem ta’ wara l-Milied.

TVM Sport jinsab infurmat b’ċertezza li l-klabb leġġendarju Taljan qiegħed f’kuntatt kontinwu mal-Malta Football Association li permezz tal-kumpanija SportsPlus, jistgħu jagħmlu din il-ħolma ta’ ħafna Milanisti Maltin reali.

Jidher li l-persuna wara din iż-żjara ta’ AC Milan f’Malta m’hu ħadd ħlief Stefano Pioli, il-kowċ preżenti ta’ AC Milan li s-sena li għaddiet kien ġie f’pajjiżna meta kien kowċ ta’ Fiorentina. Jidher li t-training camp li l-‘Viola’ kienu għamlu f’Malta għoġob ħafna lil Pioli tant li jrid jerġa’ jirrepetih ma’ AC Milan.

Vantaġġ ieħor f’din iż-żjara ta’ AC Milan huma żewġ persuni bi ħbiberija kbira bejn xulxin li ħadmu flimkien għal diversi snin fil-FIFA; Bjorn Vassallo, il-President tal-MFA u Zvonimir Boban, li preżentament jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ AC Milan.

Għadu mhux definit bl-eżatt id-dati li t-tim Taljan qed jinnegozja biex jagħmel dan it-training camp f’Malta, iżda s-sorsi tagħna minn persuni viċin il-klabb Taljan, ikkonfermaw li “n-negozjati jinsabu fi stadju avvanzat għal wara l-Milied”.

AC Milan talbu li kemm idumu f’pajjiżna jingħataw it-training grounds tal-MFA għat-taħriġ tagħhom u anki jkollhom partita ta’ ħbiberija kontra klabb tal-Kampjonat BOV Premier, li l-klabb magħżul għad irid jiġi deċiż mill-MFA.

Malta dejjem ġabet ir-risq lill-klabb Taljan ta’ AC Milan. L-aħħar li ġew għal training camp f’pajjiżna kien fl-2007. Ftit tax-xhur wara, AC Milan rebħu s-seba’ u l-aħħar trofew tal-UEFA Champions League fil-finali kontra Liverpool.

Din mhux l-ewwel darba li Malta attirat klabbs kbar li jsibu refuġju f’pajjiżna minħabba t-temp sabiħ li jista’ jkollna f’Diċembru u Jannar. Fil-passat ġew f’pajjiżna anki Juventus, Inter, Parma, Torino, Catania, Liverpool u Manchester United, fost oħrajn.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Masters football: F’Tournament internazzjonali f’Londra il-bieraħ telfa ta’ 4-2 għas-selezzjoni Maltija kontra Royal Marines. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien dak ta’ 2-2 iżda l-Maltin qalgħu żewġ goals oħra fit-tieni…

Futbol internazzjonali

F’aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2020, mill-grupp ta’ Malta, fil-konfront dirett għal min jiġi fit-tieni post, l-Iżvezja għelbet lir-Rumanija 2-0 barra minn darha sabiex aċċertat ruħha mill-kwalifikazzjoni. Kien Marcus…

Futbol lokali

Grupp F – Logħob ta’ Kwalifikazzjoni EURO 2020 Spanja………..7 Malta…………0 Spanja saħħew posthom fil-quċċata ta’ Grupp F meta mingħajr ebda diffikulta’ għelbu lil Malta bl-iskor kbir ta’ 7-0. It-tieni 45…

Futbol lokali

Thabbret il-mewt ta’ Dominic Grech li kellu 64 sena. Dumink, kif kien maghruf ma’ dawk li jsegwu l-futbol Ghawdxi, beda il-karriera ma’ Victoria Hotspurs fl-aħħar tas-snin sittin u baqa’ plejer…

Aktar