Sports Internazzjonali
Esperjenza pożittiva għaż-żagħżugħ Malti Cody Borg fil-CrossFit

Iż-żagħżugħ Malti Cody Borg temm fil-ħames post fil-Kampjonati tal-CrossFit għaż-Żgħażagħ u l-Masters Brittaniċi.

Minn sitt parteċipanti fil-kategorija tiegħu, Borg temm fil-ħames post fit-TFench Fetch & Carry fejn għamel ħin ta’ 7 minuti u 43 sekonda.

Fil-Lung Ladder huwa temm fit-tielet post b’ħin ta’ 4 minuti u 41 sekonda.

Fl-Uppity Borg bata xi ftit meta temm fis-sitt post, imma mbagħad kien l-aqwa fil-Wod 4 – Tyranny. Fil-Wod 5 – MF Full Circle, Borg sabha diffiċli u reġa’ temm fis-sitt post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA