Futbol lokali
Espert tal-VAR f’Malta fi tmiem il-ġimgħa
Malta l-iżgħar pajjiż fil-FIFA li wera nteress fil-VAR
Fi tmiem din il-ġimgħa se jkun hawn f’Malta l-Kap tar-Referees tal-Belġju Johan Verbist,  li huwa wkoll il-persuna responsabbli mis-sistema tal-VAR fil-pajjiż.
Il-Belġju kien wieħed mill-ewwel pajjiżi li ntroduċa s-sistema tal-VAR – il-Video Assistant Referee – f’dawn l-aħħar żewġ staġuni.
Verbist se jkun qed imexxi seminar ta’ jumejn għall-uffiċjali lokali li min-naħa tagħhom se jkunu qegħdin janalizzaw filmati ta’ partiti li ntwerew diretti fuq TVM2 u TSN fil-ġimgħat li għaddew, wara li mix-xahar li għadda nbeda esperiment fejn referees u assistenti referees kienu mistiedna jsegwu partiti tal-BOV Premier League mill-Outside Broadcasting bħala forma ta’ preparazzjoni għall-introduzzjoni eventwali tal-VAR.
Preżenti għas-seminar se jkun hawn ukoll David Redfern, membru tal-Kumitat tar-Referees tal-Irlanda ta’ Fuq, li jixtiequ jimxu fuq il-passi ta’ Malta u jibdew it-taħriġ għall-uffiċjali tagħhom. S’issa Malta hija l-iżgħar pajjiż membru tal-FIFA li rreġistra nteress fis-sistema tal-VAR.
Il-progett tal-VAR f’Malta qed jitmexxa miċ-Ċentru tar-Referees tal-Malta Football Association bil-koperazzjoni tal-PBS u  WE Media.
Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar