Oħrajn
Esport: World Pro Racing tissieħeb ma’ Student Motorsport

World Pro Racing torganizza tlielaq virtwali ta’ livell għoli, tissieħeb ma’ Student Motorsport. Student Motorsport hija kumpanija li tgħin studenti li qegħdin jistudjaw fil-Motorsport, biex ikollhom esperjenzi fil-qasam tax-xogħol. Mhux biss sewwieqa imma kull min għandu x’jaqsam ma’ Motorsport inġenerali, li jibda minn sewwieqa, inġiniera, marketing, disinn tal-karozzi, marshals u dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ dan l-isport.

World Pro Racing flimkien ma’ Student Motorsport ser tkun qed tgħin lil sewwieqa tat-tlielaq virtwali jikbru b’mod professjonali mhux biss fl-aspett ta’ sewqan imma f’kull ħaġa li tirrikjedi biex ikollok pakkett komplut.

Dan huwa pass ieħor kbir għal World Pro Racing għaliex f’dan l-isport virtwali qed iddaħħal il-qasam tax xogħol u l-edukazzjoni fir-realtà tal-istess sport.

“Dan minn dejjem kien il-ħsieb”, saħaq Justin Mifsud, wieħed mid-diretturi ta’ World Pro Racing. Il-Motorsport virtwali hu wieħed mis-setturi tal-Esports li jista’ jwasslek għal ħajja reali u jkollok impjieg fl-istess sport li inti qed tipprattika virtwalment, għax dak li jsir fil-virtwalità, jista’ jiġi implimentat fir- realtà. Dan jgħodd għal xufiera, inġiniera, disinjaturi u ħafna oqsma ta’ xogħol ieħor.

World Pro Racing qiegħda taħdem bil-galbu biex ittella’ xufiera ta’ livell għoli fil-Motorsport, infatti diġà bdiet tagħti lezzjonijiet lil tfal u żgħażagħ li jixtiequ jieħdu s-sim racing bis-serjetà biex isiru professjonali fl-Esports u bil-possibbiltà wkoll li jidħlu fid-dinja tal-Motorsport reali bħala impjieg.

Mifsud kompla jisħaq li fil-Motorsport mhuwiex kemm tkun xufier tajjeb biss, imma wkoll li tkun taf kif titkellem waqt l-intervisti li jagħmlulek, ikun hemm interazzjoni mal-fans tiegħek, kif tmur man-nies u kif titla’ b’karattru li juri livell professjonali.

Adrian Figallo li huwa wkoll direttur ta’ World Pro Racing u liċenzjat mill-FIA biex jieħu ħsieb tlielaq kemm reali kif ukoll virtwali tenna li ser isir taħriġ ukoll lil dawk in-nies li huma interessati li jsiru marshals kemm fl-Esports u kif ukoll biex ikollhom esperjenza qabel jaffaċċjaw ir-realtà. Figallo kompla jgħid li waqt it-tlielaq virtwali wkoll jieħdu ħsieb li ma jsirux inċidenti mhux xierqa jew li jistgħu jiġu evitati, kif ukoll jingħataw penalitajiet lis-sewwieqa bħalma jsir fil-Motorsport reali, b’hekk il-marshals li għadhom bidu jistgħu jieħdu idea u jibdew itellgħu l-esperjenza u jkunu preparati fuq x’jista’ jiġri waqt tellieqa.

World Pro Racing timmaniġġja wkoll it-tim professjonali tagħha RPM Esports, fosthom hemm xufiera ta’ livell internazzjonali bħal Alon Day, champion tan-Nascar fl-Ewropa fil-Motorsport reali,Martin Stefanko F1 Esports driver mat-tim Haas, kif ukoll sewwieqa oħrajn ta’ livell għoli. Hemm ukoll xufiera Maltin li l-amministrazzjoni għażlet għax rat potenzjal fihom, bħal Dean Vella u l-iktar sewwieq riċenti li daħal, Matthew Galea. Dawn ix-xufiera qed jiġu mħarrġa b’mod professjonali biex jikkompetu fi tlielaq professjonali internazzjonali u tal-iktar livell għoli. Ix-xufiera jagħmlu l-almu tagħhom waqt it-taħriġ, tittieħed l-informazzjoni kollha ta’ kull dawra mat-trakka, u tingħata lill-inġiniera biex ikunu jistgħu jissettjaw il-karozzi ta’ kull xufier qabel itellqu. Dan kollu qed isir bis-saħħa ta’ World Pro Racing u s-sħubija ma’ Student Motorsport.

Dan huwa ta’ unur għall-pajjiz fil-qasam tal-Esports għaliex qed jittieħed b’mod professjonali u ntellgħu l- prodott Malti għall-ogħla livell biex ikunu jistgħu jikkompetu ma’ xufiera oħra ta’ fama u livell mondjali.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

Iż-żgħażugh Amerikan Kyle Giersdorf rebaħ is-somma ta’ tlett miljun dollaru Amerikan dan wara li huwa kiseb l-għola unur f’tournament fi New York tal-logħba popolari online Fortnite. Giersdor li għandu 16…

Oħrajn

L-Ingliża Jamie Chadwick u l-Olandiża Beitske Visser se jkunu qed jiġġieldu għat-titlu W Series fit-tellieqa finali tal-istaġun li se ssir fi Brands Hatch ix-xahar id-dieħel wara li l-Finladiża Emma Kimilainen…

Oħrajn

Riżultat ta’ unur għall-iskola Maltija tal-Karate SKSM MALTA fil-Polonja fl-aħħar tal-ġimgħa  l-oħra. Tim ta’ seba’ atleti, minn 13 sa 18 il-sena, irrappreżentaw lil Malta fil-Polish Open 2019, li sar f’Szchechin,…

Oħrajn

L-iżfin tal-breakdance jista’ jsir parti mill-isport Olimpiku u se jidħol fis-seħħ mill-edizzjoni ta’ Pariġi 2024. L-organizzaturi kkonfermaw li l-breakdance hu fost erba’ sports oħra li l-organizzaturi se jkunu qed jipproponu…

Aktar