
Daniel Bereznay fuq Alfa Romeo kellu ġurnata mill-aqwa meta rebaħ żewġt itlielaq mill-aħħar tlieta biex tela’ fir-raba’ post tal-klassifika.
Bereznay kien fl-aqwa tiegħu fil-Grand Prix tal-Belġju u tal-Italja u b’hekk tela’ b’93 punt fil-klassifika, meta qabel ma’ bdiet it-tielet ġurnata kellu biss 31 punt. L-ewwel tellieqa tal-ġurnata, il-Grand Prix tal-Ġermanja, kien mirbuħ minn Jarno Opmeer fuq ir-Renault, u b’hekk żamm it-tielet post fil-klassifika b’103 punti.
David Tonizza fuq il-Ferrari baqa’ l-ewwel fil-klassifika avolja ma’ rebaħ l-ebda tellieqa u issa għandu 145 punt, bi Frederik Rasmussen jinsab it-tieni fuq it-Toro Rossa b’120 punt.
Il-Grand Final tal-Esports ser isir fl-4 ta’ Diċembru fejn dakinhar isiru l-aħħar tlett itlielaq u jkun deċiż min ser jirbaħ dan l-istaġun.