Sport Lokali
Esports: It-tim RPM imur il-Ġermanja biex jikkompeti mal-aqwa xufiera fid-dinja

It-tim ta’ RPM Esports nhar il-Ħamis jerħulha lejn il-Ġermanja fejn ser jikkompetu mal-aqwa xufiera tal-Motorsport virtwali.

Is-sewwieqa li se jkunu qegħdin isuqu huma Keith Camilleri, Brandon Tabone u Terence Grech.

Din hija l-ewwel tellieqa professjonali għat-tim ta’ RPM barra minn xtutna. It-tim ġie ffurmat fil-bidu tas-sena u sa issa kkompetew fi tlielaq professjonali u wrew il-potenzjal tagħhom ikkumparat ma’ timijiet oħra li ħafna minnhom huma ssapportjati minn kumpaniji kbar, bħal tim minnhom li huwa ffurmat minn Fernando Alonso, xufier professjonali fil-Formula 1.

Nistgħu ngħidu li RPM Esports huwa l-ewwel tim fil-qasam tas-sim racing li sejjer jikkompeti għal Malta f’livell professjonali fejn it-tlielaq se jkunu mxandra live mad-dinja kollha.

Justin Mifsud, it-tim manager ta’ dan it-tim flimkien mal-partners tiegħu George Muscat u Adrian Figallo huma ferm fiduċjużi fit-tim, grazzi għad-dedikazzjoni tax-xufiera li jieħdu l-leave mix-xogħol kif ukoll inaqqsu il-ħin minn mal-familja biex jitħarrġu għal din it-tellieqa kif ukoll għall-kumpaniji kollha li qegħdin jissapportjaw lit-tim.

Mifsud kompla jgħid li s-sena d-dieħla t-tim se jkollu ħafna taħriġ estensiv biex isir aktar professjonali u jkun preparat għal kull tellieqa li mistennija għas-sena 2019.

L-Esports fil-qasam tal-Motorsport virtwali qed jikber ħafna u anka l-livell tax-xufiera kiber ħafna, dan għaliex il-kumpaniji qegħdin jinvestu miljuni ta’ flus f’dan il-qasam għaliex il-promotion tal brands jista’ jsir f’ħafna postijiet b’hekk l-exposure tkun tajba ħafna għalihom.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-Grieg Stefanos Tsitsipas u l-Franċiż Dominic Thiem għamluha għat-tielet round tal-ATP 500 li qiegħed isir f’Barċellona. Għat-tnejn li huma kienu pjuttost logħbiet faċli, b’Tsitsipas jegħleb lil Marton Fucsovics 6-3 6-4,…

Ibburdjar

It-tellieqa PVIES Double Handed madwar Malta, ospitata mir-Royal Malta Yacht Club u li seħħet reċentement, kienet mimlija kundizzjonijiet diffiċli ħafna. Hekk kif bdiet it-tellieqa, partikolarment meta l-flotta daret mal-Aħrax, kienet…

Aktar