Motorsport
Esports: L-organizzaturi ta’ Le Mans jippjanaw 24 siegħa ta’ sewqan virtwali

L-organizzaturi ta’ le Mans qed jippjanaw biex jorganizzaw l-ikbar tellieqa virtwali fid-dinja tal-endurance f’Ġunju li ġej wara li ġew sfurzati jipposponu l-edizzjoni reali ta’ din is-sena għal Settembru minħabba l-COVID-19.

L-avveniment esports se jkun qed isir bejn it-13 u l-14 ta’ Ġunju u fih se jkunu qed jikkompetu s-sewwieqa professjonisti.

It-timijiet se jkollhom erba’ sewwieqa kull wieħed u se jikkompetu fuq il-pjattaforma rFactor 2.

It-tellieqa se jkollha 50 karozza, kollha mill-kategoriji LMP2 u GTE.

Miktub minn...
TVM Sport