Oħrajn
Esports: Sewwieqa Maltin jikkompetu fil-World GT Championship

It-tim tal-eSports Malti, KC Racing, li jikkonsisti miss-sewwieqa, Keith Camilleri, Brandon Tabone, Omar Barbara, Kurt Camilleri, Bernard Vella, John Agius, Richard Gafencu u sponsorjati minn Vesaro qegħdin jikkompetu fil-World GT Championship.

Għal dan il-kampjonat it-tim qed isuq Ferrari 488 GTE. Din il-karozza intgħażlet wara li ġew ittestjati numru ta’ karozzi differenti u t-tim skopra li din il-karozza hija tajba fiċ-ċirkwiti kollha, mhux dejjem l-iktar veloċi iżda offriet l-aħjar prestazzjoni inġenerali fiċ-ċirkwiti kollha.

Dan il-kampjonat ħa lit-tim fi 13-il ċirkwit differenti, minn Brands Hatch GP, Snetterton 300, Bella Isle, Zolder GP, Imola Gp, Monza Gp, Laguna Seca, Spa, Motegi Gp, COTA, Silverstone Gp, Road America Bend u Catalunya u It-Tnejn 18 ta Novembru huma se jkunu fil-Watkins Glen għall-aħħar tellieqa u l-finali tal-kampjonat. Dawk jagħmilhom 34 tellieqa b’kollox fosthom tellieqa endurance ta’ 90 minuta u l-kumplament Sprint Races li jikkonsistu fi 3 tiġrijiet ta ’20 minuta kull waħda.

Għal Keith Camilleri iċ-ċirkwit ta’ Imola huwa ċ-ċirkwit favorit segwit minn Catalunya. Keith qalilna li Imola huwa l-aktar favorit għax irnexxielu isuq hemm b ‘karozza reali.

Fil-mument Keith Camilleri qiegħed fl-ewwel post tal-Kampjonat tas-sewwieqa b’vantaġġ ta’ 137 punt, u t-tim KC Racing qed fl-ewwel post b’vantaġġ ta’ 441 punt. Jekk it-tim jispiċċa waħda mit-3 tiġrijiet li fadal jirbħu kemm il-Kampjonat tas-Sewwieqa kif ukoll dak tat-Tim. Jekk dan iseħħ dan jkun estremament suċċess kbir peress li din hija l-ewwel darba li KC Racing qed jieħdu sehem f’dan il-kampjonat.

L-aħħar rawnd li jikkonsisti fi 3 tiġrijiet ta ’20 minuta kull wieħed ser isir f’Watkins Glen nhar it-Tnejn 18 ta Novembru u se jkun livestreamed u disponibli permezz ta ‘link fuq il-paġna ta’ facebook ta ‘KC Racing eSports.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

Jintemm ix-xogħol fuq l-istadium nazzjonali ta’ Tokjo li tlesta minħabba l-Olimpjadi li se jsiru s-sena d-dieħla. Il-Kunsill tal-Isport Ġappuniż qal li kull ma fadal fl-istadium hu li jiġu rfinati xi…

Oħrajn

Conor McGregor tressaq fil-Qorti ilbieraħ akkużat li f’April li għadda ġġieled u sawwat raġel innoċenti f’ħanut tax-xorb, f’Dublin, fl-Irlanda. Il-ġellied Irlandiż ta’ 31 sena, tressaq il-Qorti Dublin District flimkien mal-Avukat…

Oħrajn

Iż-żgħażugh Amerikan Kyle Giersdorf rebaħ is-somma ta’ tlett miljun dollaru Amerikan dan wara li huwa kiseb l-għola unur f’tournament fi New York tal-logħba popolari online Fortnite. Giersdor li għandu 16…

Oħrajn

L-Ingliża Jamie Chadwick u l-Olandiża Beitske Visser se jkunu qed jiġġieldu għat-titlu W Series fit-tellieqa finali tal-istaġun li se ssir fi Brands Hatch ix-xahar id-dieħel wara li l-Finladiża Emma Kimilainen…

Aktar