Motorsport
Esports: Sim Racing se jikkompetu fl-aħħar rawnd tal-kampjonat Taljan

Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Lulju it-tim Malti tas-Sim Racing V-Rig KC Racing Esports se jkun qiegħed jikkompeti fis-sitt u l-aħħar rawnd tal-kampjonat Taljan F3 organizzat mill-Automobile Club d’Italia.

Il-ħames rawnds preċedenti saru f’Monza, Interlagos, Montreal, Spa u Suzuka filwaqt li l-finali tal-Erbgħa se ssir fiċ-ċirkwit ta’ Imola.

Ħarsa lejn il-klassifika jidher li hemm 87 sewwieq jikkompetu.

Is-sewwieq Malti Keith Camilleri mit-tim V-Rig KC Racing Esports jinsab fit-tieni post, b-24 punt biss ’il bogħod minn Nesi tat-tim SRC Squadra Corse.

Il-kollegi ta Camilleri, Brandon Tabone, jinsab fit-12 il-post, Kurt Camilleri fis-16 il-post, Terence Grech fis-36 post u, Filippo Font fit-73 post.

Il-programm tal-Erbgħa, 22 ta’ Lulju ser jibda bil-provi fid-9:15pm, bl-ewwel tellieqa tibda fl-10.00pm u t-tieni tellieqa tibda fl-10:50pm.

Kemm il-provi u kemm it-tlielaq jistgħu jiġu segwiti fuq il-paġna facebook tat-tim V-Rig KC Racing Esports.

Għalkemm din hi l-aħħar tellieqa l-kampjonat għadu miftuħ u s-sewwieqa kollha għadhom fiċ-cans li jimmeljoraw il-pożizzjoni tagħhom filwaqt li Keith Camilleri jinsab fiċ-ċans li saħansitra jirbaħ dan il-kampjonat.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Alex Zanardi se jkun trasferiet fl-isptar San Raffaele ta’ Milan minħabba l-kundizzjoni kritika li għadu jinsab fiha. Zanardi se jkun fis-sezzjoni tat-terapija intensiva. Din l-aħbar taha Caludio Zanon, id-Direttur tal-isptar….

Motorsport

Bejn il-Ħamis 16 u s-Sibt 18 ta Lulju ġewwa t-trakka tal-kwart ta mil f’Ħal Far l-Assoċjazzjoni Maltija għad-Drag Racing organizzat it-tieni rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing Championship. B’differenza għar-rawnds…

Motorsport

57 sewwieq żgħażagħ, minn 8 snin sa 25 sena, ġew approvati mill-Malta Motorsport Federation (MMF) għall-ewwel fażi tal-Programm ta ’Taħriġ tas-Sewwieqa Żgħażagħ tal-FIA flimkien mal-MMF li beda mit-Tnejn 6 ta’…

Aktar