Futbol internazzjonali
Euro 2020: 100 Ġurnata bogħod
51 partita esklussivament fuq TVMSport

Ninsabu 100 ġurnata eżatt bogħod minn UEFA Euro 2020: is-sittax-il edizzjoni tal-kampjonat għall-pajjiżi Ewropej li jaħbat ukoll mas-sittin anniversarju tal-ewwel Kampjonat Ewropew.

Għall-ewwel darba, il-Euro se jkun mifrux fi tnax-il belt fi tnax-il pajjiż li jitkellmu għaxar lingwi differenti: wieħed u ħamsin partita b’kollox f’erba’ żoni tal-ħin differenti.Minn Ruma għal Baku, minn San Pietruburgu għal Kopenhagen, minn Amsterdam għal Bukarest, minn Londra għal Glasgow, minn Bilbao għal Dublin, u minn Munich għal Budapest: għandha tkun festa kbira ta’ football għall-miljuni ta’ dilettanti tal-logħba madwar l-Ewropa.

TVMSport ukoll se jingħaqad f’din il-festa mhux biss bix-xandiriet diretti u esklussivi tal-wieħed u ħamsin partita kollha kemm huma fuq l-istazzjonijiet tagħna: imma wkoll bi programmar speċjali mdawwar mat-tournament finali mill-kick-off f’Ruma fit-12 ta’ Ġunju sal-finalissima tat-12 ta’ Lulju f’Londra.

Mil-lejla stess fid-20:45 programm speċjali fuq TVM2 b’filmati mill-isbaħ fost l-oħrajn tal-ibliet li se jospitaw il-partiti, tal-mascot Skillzy, kif ukoll tifkiriet mill-imgħoddi b’mod partikolari mill-aħħar Euro dak tal-2016 fi Franza. Aktar tard dan ix-xahar imbagħad dejjem fuq TVM2 il-preview series: tnax-il programm b’kollox bl-istejjer tal-erbgħa u għoxrin finalista.

Għoxrin mill-finalisti huma magħrufa diġà: l-erbgħa l-oħra jkunu determinati fl-aħħar ta’ dax-xahar ghall-ewwel darba wkoll permezz tal-playoffs tal-UEFA Nations League: bi tnax-il pajjiż għadhom biċ-cans jagħmluha għall-finali.

Euro 2020: 100 ġurnata bogħod mil-lum.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Jekk kontu taħsbu li l-football kollu madwar id-Dinja jinsab wieqaf sejrin żbaljati għaliex fl-Ewropa eżattament fil-Belarus il-kampjonat tal-ogħla diviżjoni għadu għaddej. Bit-teams ta’ BATE Borisov u Dinamo Minsk l-iktar popolari…

Futbol internazzjonali

Il-players tal-football fil-Brażil se jkollhom vaganza twila kollox imħallas tal- inqas għal tliet ġimgħat minħabba l-coronavirus. Kollox qed jindka li l-Football fil-Brażil jinsab ukoll affetwat bil-virus u l-kampjonati jidher li…

Futbol internazzjonali

Il-Club tal-Premier Ingliż Manchester City se jkunu qed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-NHS (National Health Service) parti sostanzjali tal-Etihad Stadium. Bħala parti mill-għajnuna li Manchester City se jkunu qed jagħtu lill-NHS se…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin għamilha ċara għall-ewwel darba kemm ilha li li ggravat il-kriżi COVID-19 bil-konsegwenza li waqfu l-kampjonati domestiċi li jekk dawn ma jistgħux jitkomplu sa Ġunju jistgħu jkunu dikjarati…

Aktar