Euro2020
EURO 2020 – Abbuż razzist fil-konfront ta’ tliet plejers Ingliżi … tpinġija ta’ Rashford ivvandalizzata

Tpinġija ta’ Marcus Rashford ma’ ħajt f’Manchester kienet ivvandalizzata b’graffiti razzisti. Din it-tpinġija kienet parti mill-proġetti tal-art Withington Walls.

Ed Wellard mill-istess organizzazzjoni mal-ewwel għatta l-partijiet vandalizzati li ser ikunu rranġati fil-jiem li ġejjin.

Marcus Rashford kien wieħed minn tliet plejers li kienu abbużati b’kummenti razzjali wara li falla l-penalty kontra l-Italja fil-finali. Minbarra Rashford, kien hemm ukoll Bukoyo Saka ta’ 19-il sena u Jadon Sancho ta’ 21 sena li wkoll kienu mgħajra onlajn sa sigħat wara tmiem il-konfront.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA