Futbol internazzjonali
Euro 2020: Il-logħba Bulgarija – Ingilterra titwaqqaf darbtejn minħabba korijiet razzisti

Il-logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 bejn il-Bulgarija u l-Ingilterra kienet imwaqqfa darbtejn mir-referee fl-ewwel taqsima, u dan bħala parti minn protokoll tal-UEFA sabiex jitwaqqfu l-abbużi razzisti fl-istadiums. Matul l-ewwel taqsima tal-logħba, ħsejjes tax-xadini u ħsejjes oħra setgħu jinstemgħu ċar fl-Istadium tal-Levski Sofia u li kienu ġejjin min-naħa tal-partitarji Bulgari. Jidher li fil-mira kienu żewġ plejers Ingliżi, Tyrone Mings, li kien qiegħed jiddebutta, u Marcus Rashford. Malli dawn iż-żewġ plejers bdew imissu l-ballun, setgħu jinstemgħu l-korijiet razzisti, bil-manager Gareth Southgate jiġbed l-attenzjoni tar-raba’ uffiċjali li eventwalment informa lir-referee u l-logħba twaqqfet.

Avolja sar avviż fil-grawnd waqt li l-logħob kien wieqaf, xorta waħda reġa’ kien hemm okkażjonijiet oħra fejn instemgħu l-korijiet razzisti, tant li r-referee kellu jerġa’ jwaqqaf il-logħba għal darb’oħra. Dan kien l-ewwel pass mill-protokoll tal-UEFA, u jidher li kien biżżejjed sabiex il-korijiet jieqfu għal matul it-tieni taqsima. Il-protkoll tal-UEFA jindika li jekk il-korijiet ma jiqfux, ir-referee jista’ jissospendi l-logħba billi jibgħat lill-plejers fid-dressing room, bl-aħħar azzjoni tkun li jabbanduna l-logħba.

Finalment l-Ingilterra rebħu l-logħba bl-iskor kbir ta’ 6-0.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Olanda U17  4   Paragwaj U17  1 L-Olanda fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja taż-żgħażagħ meta fil-kwartifinali xejnu l-isfida tal-Paragwaj u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-1. Kien Hoever li fetaħ l-iskor għall-Olandiżi man-nofs siegħa logħob,…

Futbol internazzjonali

Juventus lura fil-quċċata tal-klassifika wara rebħa fuq Milan bl-iskor ta’ 1-0. Kien is-sostitut Dybala li fis-77 minuta skorja l-gowl tad-differenza f’din il-logħba wara li kien ilu fil-grawnd 20 minuta. Dybala…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Chelsea għelbu lil Crystal Palace bi skor ta’ 2-0. Tammy Abraham jiftaħ l-iskor għall-Blues fit-52 minuta. Christian Pulisic jirdoppja fid-79 minuta. Draw ta’ 1-1 bejn Tottenham Hotspur…

Futbol internazzjonali

Manchester United Supporters’ Club Malta, b’ kollaborazzjoni ma’ John Gubba, produttur indipendenti u direttur tal-films, se jkun qed iniedi film dokumentarju ta’ 115-il minuta bit-titlu “The Religion – 60 Years’…

Aktar