Futbol internazzjonali
Euro 2020: It-tim nazzjonali għada jitlaq għal impenn doppju fi spazju ta’ tlett ijiem fin-Norveġja u fir-Rumanija

In-Norveġja f’Oslo nhar il-Ħamis, u r-Rumanija fi Ploiesti l-Ħadd nhar il-Vitorja: żewġ avversarji diffiċli ħafna għal Malta fil-ħames u s-sitt matchday rispettivament minn Grupp F ta’ kwalifikazzjoni għal UEFA Euro 2020.

Malta s’issa għandha tliet punti minn erba’ logħbiet fil-grupp grazzi għal rebħa fuq il-Gżejjer Faroe fl-ewwel ġurnata f’Ta’ Qali. Minn dakinhar it-team ta’ Ray Farrugia tilef away mal-Iżvezja u hawn Malta ma’ Spanja u r-Rumanija: dawn tal-aħħar rebbieħa 4-0 f’partita fejn il-Maltin kienu dominati.

Il-coach Ray Farrugia sejjaħ skwadra ta’ 23 player għall-impenn doppju: b’xi uċuħ regolari nieqsa għax imweġġa’ u oħrajn jagħmlu r-ritorn tagħhom. Għall-captain Andrei Agius se tkun it-83 dehra bil-flokk tat-team nazzjonali. It-team se jkun ilu flimkien tlitt ijiem biss wara żewġ logħbiet tal-kampjonat.

Farrugia jaf li realistikament ma jistax jittama f’aktar minn wirja tajba mill-players tiegħu fiż-żewġ partiti.

Norveġja – Malta nhar il-Ħamis fid-20:45: u Rumanija – Malta nhar il-Ħadd fis-18:00: it-tnejn diretti u esklussivament fuq TVM2.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Programm sħiħ ta’ partiti llum wara nofsinhar. Draw ta’ 1-1 bejn Arsenal u Sheffield United. Martinelli fetaħ l-iskor eżatt qabel il-mistrieħ u John Fleck ġab il-gowl tad-draw fit-83 minuta. Bl-istess…

Inter iffirmaw lill-plejer Ingliż u captain ta’ Manchester United Ashley Young. Id-difensur ingħata sitt xhur kuntratt b’opzjoni li jiġġedded għal staġun ieħor. Young se jkun qed jingħaqad ma’ Romelu Lukaku…

Futbol internazzjonali

Coppa Italia – Round tas-16 Parma 0   Roma 2 Doppjetta ta’ Pellegrini fit-tieni taqsima għenet lil Roma sabiex jgħaddu għall-kwartifinali tal-Coppa Italia meta għelbu lil Parma bl-iskor ta’ 2-0. Pellegrini…

Futbol internazzjonali

It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser terġa’ ssir f’Jannar u Frar fl-edizzjoni li jmiss tal-2021. Dan tħabbar mill-Federazzjoni tal-Futbol tal-Kamerun li permezz ta’ Twitter ħabbru li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser issir bejn…

Aktar