Euro2020
EURO 2020 – It-tim Taljan jasal lura d-dar

Kmieni dalgħodu t-tim nazzjonali Taljan wasal fl-ajruport ta’ Fuimicino f’Ruma, frisk frisk mir-rebħ tal-edizzjoni tal-EURO 2020. It-tim Taljan baqa’ sejjer fil-lukanda Parco dei Principi fejn aktar tard illum ser jiltaqa’ mal-President Taljan Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Mario Draghi.

Il-captain Giorgio Chiellini deher nieżel mill-coach b’kuruna ġo rasu u bit-tazza tal-EURO f’idu. Għexieren ta’ partitarji kienu qed jistennew lit-tim maġenb il-lukanda.

L-Italja lbieraħ rebħet lill-Ingilterra f’Wembley Stadium bl-għoti tal-penalties fil-finali tal-Kampjonati Ewropej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA