Futbol internazzjonali
Euro 2020: Jikkwalifikaw l-Iżvizzera u d-Danimarka filwaqt li l-Italja jiskurjaw disa’

Ġibilta – Żvizzera  1-6

L-Iżvizzera kisbu r-rebħa li riedu hekk kif huma għelbu lil Ġibilta bl-iskor ta’ 6-1 biex ikkwalifikaw bl-ewwel post minn Grupp D.  Huma fetħu l-iskor wara għaxar minuti permezz ta’ Cedric Itten. U fil-50 minuta Ruben Vargas irdoppja. Fis-57 minuta Christian Fassnacht għamel l-iskor 3-0. Fl-74 minuta Ġibilta skurjaw gowl ta’ konsolazzjoni minn Reece Styche bl-Iżvizzera jżidu gowl ieħor minuta biss wara minn Loris Benito u lejn it-tmien tnejn oħra minn Cedric Itten fl-84 minuta u Xhaka fis-86 minuta.

Irlanda – Danimarka  1-1

Draw ta’ 1-1 bejn l-Irlanda u d-Danimarka. Gowl minn Martin Braithwaite fit-73 minuta poġġa lid-Danimarka minn fuq iżda l-Irlanda kisbu d-draw minn Matt Doherty fil-85 minuta biex d-Danimarka kisbu l-kwalifikazzjoni minn Grupp D.

Spanja – Rumanija 5-0

Rebħa kbira oħra għal Spanja li għelbu lir-Rumanija bl-iskor ta’ 5-0. Wara tmien minuti kien Fabian li fetaħ l-iskor. Fit-33 minuta Gerard Moreno rdoppja biex lejn tmiem l-ewwel taqsima waslu żewġ gowls oħra mill-Ispanjoli permezz ta’ Alvaro Morata fit-43 minuta u auto gowl minn Adrian Rus żewġ minuti wara. Oyarzabal skorja l-ħames gowl għal Spanja fid-90 minuta.

Żvezja – Gżejjer Faroe 3-0

Faċli għall-Iżveżja hekk kif huma għelbu lil Gżejjer Faroe bl-iskor ta’ 3-0. Huma marru fil-vantaġġ fid-29 minuta minn Sebastian Andersson b’Mattias Svanberg jirdoppja fit-72 minuta. Fit-80 minuta Guidetti għamel l-iskor finali 3-0.

Greċja – Finlandja 2-1

Il-Greċja għelbu lit-tim kwalifikat tal-Finlandja bl-iskor ta’ 2-1. Teemu Pukki fetaħ l-iskor għall-Finlandja fis-27 minuta. Żewġ minuti fit-tieni taqsima l-Ġreċja kisbu l-gowl tad-draw minn Mantalos. Fis-70 minuta Galanopoulus skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.

Italja – Armenja 9-1

Waħda mill-akbar rebħiet għall-Italja fl-istorja dan wara li huma għelbu lill-Armenja bl-iskor ta’ 9-1. Fl-ewwel taqsima l-Azzurri 4-0 minn fuq b’żewġ gowls minn Ciro Immobile fit-8 u 33 minuta bil-gowls l-oħra jaslu fid-9 minuta minn Zaniolo u Barella fid-29 minuta. Fit-tieni taqsima l-Italja żiedu aktar gowls minn Zaniolo u Romagnoli fl-64 u fit-72 minuta b’penalty ta’ Jorginho fil-75 minuta u Orsolini fit-78 minuta. Gowl ta’ konsolazzjoni għall-Armenja fit-78 minuta minn Babayan. Minkejja dan gowl ieħor għall-Azzurri minn Federico Chiesa fil-81 minuta għal skor finali ta’ 9-1.

Leichenstein – Bosnja Herzegovina 0-3

Il-Bosnja Herzegovina marru Leichenstein u rebħu bl-iskor ta’ 3-0. Bosnja fil-vantaġġ fis-57 minuta minn Eldar Civic. Żewġ gowls minn Armin Hodzic fl-64 u fit-72 minuta għamlu l-iskor finali 3-0 għall-Bosnja.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-CAS, it-Tribunal tal-Arbitraġġ Sportiv ibbażat fl-Ivizzera dalgħodu ppublika d-deċiżjoni finali dwar l-appell li kienu ressqu Manchester City wara li dawn kienu ġew sospiżi milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet ewropej tal-UEFA. Manchester City…

Futbol internazzjonali

Napoli 2   Milan 2 Draw fis-San Paolo bejn Napoli u Milan meta f’konfront missielet spiċċaw 2-2. Milan fetħu l-iskor fl-20 minuta b’gowl ta’ Hernandez, u Di Lorenzo ġab id-draw għal…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 2   Arsenal 1 Tottenham Hotspur rebħu d-derby ta’ Londra meta laqgħu għandhom lil Arsneal u rebħulhom 2-1. Kienu l-Gunners l-ewwel li fetħu l-iskor meta Lacazette sab ix-xibka fis-16-il…

Futbol internazzjonali

Stennija kbira għad-deċiżjoni tal-lum mill-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS) dwar jekk Manchester City humiex ser jitħallew jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej fis-sentejn li ġejjin. Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Manchester City…

Aktar