Futbol internazzjonali
EURO 2020 – Kommossjoni f’Moska wara li l-Ukrajna tiżvela l-flokk li ser jintuża fl-edizzjoni li ġejja

Kommossjoni bejn l-Ukrajna u r-Russja, hekk kif l-Ukreni żvelaw il-flokkijiet li ser jilagħbu bihom fl-EURO 2020. Jidher li fuq il-flokk ser ikun hemm il-mappa tal-Ukrajna, bil-Crimea inkluża.

Fl-aħħar snin kien hemm inkwiet kbir bejn Moska u Kiev, wara li fl-2014, wara referendum li sar fil-Crimea, ir-Russja ħadet il-kontroll ta’ din il-belt li kien tagħmel parti mill-Ukrajna. U għalkemm ir-Russja tgħid li l-Crimea hija tagħha, il-komunità internazzjonali tikkunsidra l-belt bħala parti mill-Ukrajna.

Skont id-Deputat Parlamentari Russu Smitry Svishchev, il-flokk Ukren huwa intenzjonat bħala provokazzjoni politika. Huwa qal li tintwera l-mappa tal-Ukrajna li tinkludi territorju Russu hija llegali.

L-Ukrajna ser jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom fit-13 ta’ Ġunju kontra l-Olanda f’Amsterdam, filwaqt li r-Russja tibda l-impenji tagħha kontra l-Belġju f’San Pietruburgu fit-12 tax-xahar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA