Futbol internazzjonali
EURO 2020: L-Italja terġa’ tirbaħ, tikkonvinċi u tikkwalifika

Ilbieraħ intlagħbu diversi partiti minn madwar l-Ewropa mill-gruppi rispettivi tal-UEFA.

Minn Grupp J, rebħa oħra konvinċenti għall-Italja kontra l-Greċja bi skor ta’ 2-0, li issa għaluhom seba’ rebħiet minn seba’ partiti. Il-gowls tal-Italja ġew skurjati fit-tieni taqsima minn penalty ta’ Jorginho u minn xutt ta’ Bernardeschi minn barra l-kaxxa.

Mill-istess grupp, il-Bożnija u l-Herzegovina jegħlbu lil Finlandja bi skor ta’ 4-1 u l-Liechtenstein u l-Armenja jispiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Fi Grupp D, draw ta’ mingħajr gowls bejn il-Ġorġja u l-Irlanda u d-Danimarka jegħlbu lill-Iżvizzera b’gowl fl-aħħar ħames minuti ta’ Yussuf Poulsen.

Minn Grupp F, minbarra t-telfa ta’ Malta kontra l-Iżvezja, kellna draw ta’ 1-1 bejn Spanja u n-Norveġja u r-rebħa ta’ 3-0 tar-Rumanija fil-Gżejjer Faroe.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

F’laqgħa mad-diriġenti ta’ Inter, il-kowċ Antonio Conte għamel lill-attakant Franċiż Olivier Giroud bħala prijorita’ fis-suq tat-trasferimenti f’Jannar. Wara l-injury li sofra l-attakkant Ċilen Alexis Sanchez, Inter jinsabu jfittxu attakkant sabiex…

Futbol internazzjonali

L-Attakant Żvediż Zlatan Ibrahimovic ħabbar fuq l-mezzi tal-midja soċjali li se jkun qed itemm l-esperjenza tiegħu fl-Istati Uniti ma’ La Galaxy. Ibrahimovic irringrazzja lil kull min kien parti minn din…

Futbol internazzjonali

Lejlet il-logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonat tal-Ewropa 2020 kontra l-Moldova, il-players tat-tim nazzjonali Franċiż osservaw minuta silenzju b’rispett lejn il-vittmi tal-attakki terroristiċi tat-13 ta’ Novembru 2015. Dak in-nhar militanti splodew bombi…

Aktar