Futbol internazzjonali
Euro 2020: Minuta silenzju mill-Franċizi; seba’ logħbiet għal-lum

Lejlet il-logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonat tal-Ewropa 2020 kontra l-Moldova, il-players tat-tim nazzjonali Franċiż osservaw minuta silenzju b’rispett lejn il-vittmi tal-attakki terroristiċi tat-13 ta’ Novembru 2015. Dak in-nhar militanti splodew bombi barra Stade de France waqt li kienet għaddejja l-logħba ta’ ħbiberija bejn Franza u l-Ġermanja.

Il-kowċ Franċizż Didier Deschamps kien konxju ta’ x’kien ġara iżda żamm l-informazzjoni l-bogħod mill-players. Mija u tletin persuna kienu nqatlu madwar il-Belt ta’ Pariġi f’attakki simultanji bl-akbar ammont ta’ vittmi jkun fit-Teatru Bataclan.

F’konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-logħba Deschamps qal li dawn huma inċident li qatt ma’ tista tinsa.

Intant il-programm tal-logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew 2020 għal-lum huwa dan:-

GRUPP A

Czech Republic – Kosovo

England – Montenegro

GROUP B
Portugal – Lithuania

Serbia – Luxembourg

GROUP H

Turkey – Iceland

Albania – Andorra

France – Moldova

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Barcelona 1   Espanyol 0 Gowl ta’ Luis Suarez fit-tieni taqsima kien biżżejjed biex Barcelona żammew il-pressjoni fuq Real Madrid fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika filwaqt li Espanyol in-naħa l-oħra spiċċaw relegati….

Futbol internazzjonali

Atalanta 2   Sampdoria 0 Atalanta kellhom jistennew sal-aħħar kwarta biex għelbu lil Sampdoria 2-0 u b’hekk qabżu lil Inter fil-klassifika tas-Serie A. Kien Toloi li fetaħ l-iskor fil-75 minuta u…

Futbol internazzjonali

Brighton & Hove Albion 1   Liverpool 3 Rebħa oħra għar-Reds ta’ Jurgen Klopp, din id-darba kontra Brighton & Hove Albion biex ħadu t-tletin rebħa tal-istaġun minn 34 logħba. Liverpool fetħu…

Futbol internazzjonali

Celta Vigo 1   Atlético Madrid 1 Celta Vigo ħadu punt importanti fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta laqgħu għandom lil Atlético Madrid u żammewhom fi draw ta’ 1-1. Għal Madrileni kważi hemm…

Aktar