Euro2020
EURO 2020 – Paraxutista jinżel fl-Allianz Stadium qabel il-logħba Franza – Ġermanja

Il-logħba bejn Franza u l-Ġermanja bdiet ftit minuti tard wara li paraxutista niżel fl-Allianz Stadium qabel beda l-konfront. Waqt li kien nieżel fl-istadium ta’ Munich, il-paraxutista weġġa’ lil wieħed mill-partitarji. Fuq il-paraxut kellu miktub il-kliem “Kick Out Oil” u “Greenpeace”.

Żewġ plejers Ġermaniżi marru fuq il-paraxutista qabel m’uffiċjali tas-sigurtà ħarġuh ‘il barra mill-grawnd.

Minbarra l-partitarju, jidher li l-paraxutista weġġa’ wkoll lil wieħed mill-operaturi tal-kamera, li iżda ħareġ mill-grawnd flimkien mal-mediċi.

Il-paraxutista laqat wieħed mill-cables li kien hemm fuq l-istadium u tilef il-kontroll qabel illandja f’nofs grawnd fejn il-plejers kienu qed jistennew biex jibda l-konfront minn Grupp F.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA