Euro2020
Euro 2020: Illejla l-finali Italja-Ingilterra f’Wembley Stadium

Stennija kbira għall-finali tal-Euro 2020 li ser tintlagħab illum f’Wembley Stadium u li ser tlaqqa lill-Italja mal-Ingilterra.

Roberto Mancini, kowċ tat-tim nazzjonali Taljan qal li jrid li l-players tiegħu jgawdu dan il-mument daqstant importanti. Huwa qal li biex waslu s’hawn ma’ kienetx faċli u huwa għalhekk li jrid li l-players tiegħu jilagħbu bla biża f’din il-finali.

L-Italja ilha ma’ titlef għal dawn l-aħħar tlieta u tletin logħba.

Il-coach tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate qal li din il-finali ser tkun ikkontestata bejn l-aqwa żewġ timijiet li kien hemm f’dawn il-Kampjonati. Fis-sessjoni ta’ taħriġ li saret dalgħodu

Phil Foden kien l-uniku player li ma tħarriġx mal-iskwadra Ingliża. Jidher li l-player ta’ Manchester City sofra injury fl-irkoppa meta daħal bħala sostitut fis-semi finali kontra d-Danimarka.

Il-logħba tibda fid-21:00 ta’ filgħaxija u tintwera diretta kemm fuq TVM kif ukoll fuq TVM2, b’kummentarju Taljan u Ingliż rispettivament.

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League