Futbol lokali
Euro 2021: It-tim nazzjonali Malti tan-nisa fi Grupp B mal-Italja u d-Danimarka

It-tim nazzjonali Malti ital-futbol tan-nisa, ittella fi Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2021, li se jsiru fl-Ingilterra.

Fil-Grupp ta’ Malta, hemm l-Italja, id-Danimarka, il-Bożnija u Herzegovina, l-Iżrael u l-Ġorġja.

L-Italja huma wieħed mill-aqwa timijiet Ewropej fil-futbol tan-nisa u d-Danimarka kienu finalisti ta’ dawn il-kampjonati fl-aħħar edizzjoni, fl-Olanda.

Ir-rebbieħa ta’ kull grupp u t-tliet l-aħjar runner ups, jingħaqdu mat-tim nazzjonali Ingliż għat-tournament finali tal-kampjonat Ewropew. Is-sitt runner ups l-oħra jilagħbu play-off f’Ottubru 2020 għat-tliet postijiet li jkun għad fadal.

Il-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej 2021 tan-nisa jintlagħbu bejn 16-il nazzjon differenti.

Il-partiti ta’ kwalifikazzjoni tal-grupp jintlagħbu bejn is-26 ta’ Awwissu ta’ din is-sena u t-22 ta’ Settembru tas-sena d-dieħla.

Il-Kampjonat Ewropej 2021 tan-nisa jintlagħab fix-xahar ta’ Lulju.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Id-difensur ta’ Hibernians Andrei Agius rebaħ għall-ewwel darba l-unur tal-Player tas-Sena tal-MFA . Agius kien kolonna fid-difiża ta’ Hibernians li kellhom staġun pożittiv minkejja li dawn spiċċaw mingħajr ma’ rebħu…

Futbol lokali

Illum tkomplu u tlesta l-MFA Symposium li kien organizzat f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta. Dan is-symposium wassal tagħrif ta’ opportunitajiet fid-dinja diġitali tal-lum. Is-Symposium fetaħ b’diskors tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo…

Futbol lokali

Darren Abdilla hu l-kowċ il-ġdid ta’ Valletta FC. Hu ffirma kuntratt li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2021/2022. L-aħbar saret uffiċjali ilbieraħ filgħaxija. Abdilla kien strumentali biex Gżira United FC għamlu…

Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Aktar