Euro Futsal 2016: telfa oħra għal Malta

Wara t-3-0 kontra l-Ingilterra fl-ewwel logħba l-Erbgħa: telfa oħra ta’ 4-0 għal Malta l-Ħamis filgħaxija kontra Andorra fi Grupp E ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Euro Futsal 2016.

Il-Maltin ma qabdux art u sa tmiem l-ewwel taqsima Andorra kienu diga’ tlieta minn fuq b’goals ta’ Barbosa fit-8 minuta, u doppjetta ta’ Llamas fl-14 u fl-20 minuta. Fit-tieni taqsima l-Maltin ippruvaw jirreaġixxu iżda xorta kienu Andorra li reġgħu skurjaw: bl-awtur tar-raba’ goal jerġa jkun Barbosa.

Fil-logħba ta’ qabel, il-konfront bejn ir-rebbieħa taż-żewġ konfronti tal-Erbgħa: l-Ingilterra u l-Latvja: spiċċa fi draw ta’ 2-2: biex issa se jkunu deċiżivi l-aħħar logħbiet tal-grupp nhar is-Sibt: u jistgħu jkunu anke l-goals skurjati li jiddeterminaw l-ewwel post.

Kienu l-Latvja, li għandhom ranking ogħla mill-Ingliżi, li fetħu aħjar u bnew vantaġġ doppju b’goals ta’ Sustrovs u Iksens fil-11 u t-13-il minuta. Inqas minn minuta wara t-tieni goal, Stewart Cook naqqas l-iskor għall-Ingilterra: biex l-ewwel taqsima għalqet 2-1. Il-goal tad-draw wasal fit-33 minuta bid-doppjetta personali ta’ Cook.

Il-klassifika ta’ Grupp E b’hekk wara żewġ logħbiet tara lill-Ingilterra u l-Latvja b’4 punti kull wieħed; Andorra 3, u Malta b’ebda punt. Is-Sibt issa fl-4 jilagħbu Andorra – Ingilterra, u fis-6.30 Latvja – Malta: dejjem fil-Padiljun ta’ Kordin. L-Ingilterra, l-Latvja u Andorra kollha għad għandhom ċans jirbħu l-grupp. Il-logħbiet kollha qed jintwerew irrekordjati sħaħ fuq TVM2

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra

L-Eks Champion tal-UFC l-Ultimate Fight Championship Conor McGregor kien arrestat il-bieraħ f’Corsica fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u atti indiċenti fil-publiku. Ir-rapport fil-konfront ta’ McGregor sar erbat ijiem ilu u…

Fil-belt kapitali tal-Ġappun, f’Tokjo, inxtegħlet siġra kbira b’dawl mill-isbaħ, biex tfakkar is-sena bogħod mill-Paraolimpjadi 2021. Il-Paraolimpjadi kellhom isiru f’dan is-sajf qabel l-Olimpjadi iżda mxew għas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-Paraolimpjadi…

Wara l-MFA u l-ASA ilbieraħ, illum kien imiss lill-Kumitat Olimpiku Malti jappella lill-awtoritajiet iqisu iċ-ċirkostanzi speċjali tal-atleti fejn jidħlu miżuri kontra l-Covid-19. F’ittra lill-viċi-prim ministru u ministru tas-saħħa Chris Fearne,…

Grupp ta’ baħħara mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing, sport li kien laħaq il-popolarità tiegħu fis-snin tmenin u disgħin. Din l-attività wasslet għall-iżvilupp ta’ festival…

Aktar