Hockey
Euro Hockey Tournament: Qormi Daikin jibdew b’rebħa fuq Floriana Young Stars

Fl-ewwel ġurnata tal-Euro Hockey Tournament li qiegħed jintlagħab f’pajjiżna, it-timijiet Maltin ta’ Qormi Daikin u Floriana Young Stars iltaqgħu kontra xulxin bil-Qriema jirbħu bl-iskor ta’ 2-0. Din il-logħba kienet minn Grupp A għaliex it-timijiet Maltin telgħu fl-istess grupp. Fil-logħba l-oħra, Epitok għelbu lil-Lussemburgu 4-1.

Fi Grupp B żewġ rebħiet kbar għal Kringsja u Eagles, b’tal-ewwel jegħlbu lil Seinajoki UTD 9-1 u tal-aħħar għelbu lil Klippari 8-0.

Għada tintlagħab it-tieni ġurnata u se jkun hemm dawn il-logħbiet:

Grupp A

14:30 Lussemburgu – Floriana Young Stars
16:45 Qormi Daikin – Epitok

Grupp B

10:00 Kringsja – Eagles
12:15 Kilparri – Seinajoki UTD

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Hockey

Għada tiftaħ uffiċjalment l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-EuroHockey Club Challenge IV li se tkun qed issir f’Malta. Iż-żewġ teams Maltin li se jieħdu sehem f’dan il-kampjonat se jkunu Qormi Hockey…

Aktar