Euro2020
EURO2020: Il-Kroazja ġġib fix-xejn lill-Iskozja

EURO2020    GRUPP D: Kroazja   3-1   Skozja

L-Iskozja ħargu mill-ewwel aggressivi b’tattika li ma jħallux lil Kroazja jimpustaw il-logħba tagħhom. Il- Kroazja minn naħa tagħhom qegħdin jippruvaw ma jaqgħux għar-ritmu impost mill-Iskoċċizi. Il- pressing Kroat ta’ il-frott fis-sbatax il-minuta, meta Nikola Vlasic żamm il-ballun b’dahru lejn il-lasta, dar u venven xutt li għeleb għal kollox lil gowlkiper Skoċċiz. Fl-24 minuta l-Iskozja resqu viċin li jġibu id-draw wara azzjoni maħduma tajjeb b’McGinn jikkonkludi f’azzjoni pjuttost konfuża biex finalment Livakovic laqa’ il-ballun. Sitta u għoxrin minuta logħob u l-Iskozja kienu sfurzati jagħmlu bidla b’ Grant Hanley jkollu joħroġ wara li weġġa u minfloku daħal jilgħab Scott McKenna. Skozja iġibu id-draw tlett minuti qabel tintemm l-ewwel taqsima permezz ta Callum McGregor li fajjar xutt mid-distanza għar-rokna tax-xibka bil-ballun jgħaddi minn bejn id-difiża Kroata.

Tmienja u ħamsin minuta logħob: L-iskozja f’azzjoni tajba li rat kross mix-xellug ta’ Armstrong millemetrikament jonqos milli jolqot il-ballun tajjeb McGinn biex ċans tajjeb għal Iskozja jisfuma fix-xejn. Tnejn u sittin minuta logħob u il-Kroazja marru fil-vantaġġ permezz ta’ Modric li fajjar kannunata minbarra l-kaxxa l-kbira u ma ta’ l-ebda ċans lil gowlkiper Skoċċiż Marshall. Il-Kroazja għerqu għal kollox it-tamiet tal-Iskozja meta fis-sebgħa u sebgħin minuta b’daqqa ta ras stupenda Perisic qata’ kompletament lid-difiża Skoċċiża u tefa’ fix-xibka. Skor finali … Kroazja 3 … Skozja 1.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.