Euro2020
EURO2020: L-Ingilterra jirbħu Grupp D

UEFA Euro 2020

Grupp D   Repubblika Ċeka 0 – 1 Ingilterra

L-Ingilterra fetħu tajjeb meta wara biss żewġ minuti, jkun Raheem Sterling,li laqat il- lasta bil-gowlkiper kompletament megħlub wara li Shaw kien irċieva mingħand Kane li għaqqad l-azzjoni. Il-gowl kien fl-arja anke għaliex l-Ingliżi kienu qegħdin jippressaw. Fit-tnax il- minuta it-tim Ingliż finalment żblokka ir-riżultat meta Sterling tefa’ wara l-gowlkiper Cek wara assist ta Grealish. Tmienja u għoxrin minuta logħob, u l-Ingilterra kompliet għaddejja fuq l-offensiva. Din id-darba kien imiss lil Kane li fajjar xutt b’saħħtu b’save stupend ta Vaclik li dawwar f’corner. Man nofs siegħa logħob ic-Ceki ppruvaw joħolqu xi tip ta’ reazzjoni biex jiggwadanjaw aktar spazju fil-grawnd.

Fil-ħamsin minuta kien hemm okkażjoni tajba għall- Ingilterra li jkabbru l-vantaġġ meta Henderson, għadda l-ballun lil Kane li naqas milli ħżomm il-ballun u l-azzjoni sfumat fix-xejn. Fit-tieni taqsima ir-ritmu naqas b’ħafna logħob ikun koncentrat f’nofs il-grawnd f’taqsima nieqsa mill-emozzjonijiet. L-Ingliżi sabu x-xibka fis-sitta u tmenin minuta permezz ta’ Henderson iżda l-gowl kien imħassar wara senjalazzjoni tal-linesman għal offside. Id-deċiżjoni kienet anke konvalidata mill-VAR. Riżultat finali Repubblika Ceka 0 … Ingilterra 1.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.