Futbol internazzjonali
Europa League logħbiet tard – Wolves bl-aqwa riżultat.. rebħiet minimi għal Roma u Arsenal

UEFA Europa League_logħbiet li bdew fid-9pm_l-ewwel legs fażi tat-32

APOEL Nicosia 0 – 3 Basel
Rebħa komda f’Ċipru għal Basel 3-0 ma’ APOEL Nicosia, żvizzeri fil-vantaġġ mal-kwarta logħob minn Raoul Petretta, tieni taqsima 2-0 ta’ Valentin Stocker, tlettax-il minuta wara l-Brażiljan Arthur issiġilla rebħa komda għal Basel.

AZ Alkmaar 1 – 1 Linzer Athletik-Sport-Klub
1-1 bejn AZ Alkmaar u Linzer Athletik-Sport-Klub li fetħu l-iskor minn Marko Raguz, draw għall-Olandiżi ta’ Koopmeiners minn penalty fl-aħħar ħinijiet.

Bayer Leverkusen 2-1 FC Porto
Leverkusen f’darhom għelbu lil Porto 2-1, man-nofs siegħa logħob Leverkusen fil-vantaġġ minn Lucas Alario, tnejn minn penalty skurjat minn Kai Havertz mas-siegħa logħob, Porto fetħu d-dwell beraħ b’goal ta’ Luis Diaz.

Olympiakos 0 – 1 Arsenal
Rebħa għal Arsenal fil-Greċja fuq Olympiakos, gowl uniku lejn tmiem il-partita tal-Franċiż Alexandre Lacazette.

Rangers 3 – 2 Braga
Rangers dawru telfa f’rebħa drammatika, Portugiżi żewġ goals vantaġġ bi ġmiel ta’ xutt mill-bogħod Fransergio, rduppjaw minn Abel Ruiz, ir-rimonta ta’ Rangers minn Ianis Hagi fis-sebgħa u sittin minuta, tmien minuti wara d-draw ta’ Joe Aribo, biex reġa kien Ianis Hagi li tefa’ Ibrox Stadium f’dellirju ta’ ferħ bit-tielet goal minn freekick imxellef.

Roma 1 – 0 Gent
Rebħa minima 1-0 f’darhom għal Roma fuq Gent, iddeċieda għall-GialloRossi kmieni fil-partita Carles Perez.

Wolfsburg 2-1 Malmoe
Wolfsburg għelbu 2-1 lil Malmo li ħadu vantaġġ bla ħsieb minn penalty ta’ Isaac Thelin, appena żewġ minuti d-draw għal Wolfburg b’xutt angulat fis-saqaf tax-xibka tal-Kroat Josip Brekalo, goal tar-rebħa għal Wolfsburg tal-Iżvizzeru Admir Mehmedi.

Wolverhampton Wanderers 4 – 0 Espanyol
Rebħa kbira għal Wolves 4-0 f’Molineoux fuq Espanyol, Ingliżi minn fuq b’goal ta’ Diogo Jota, tnejn b’xejn bi ġmiel ta’ xutt mill-bogħod ta’ Ruben Neves, Wolves żiedu żewġ goals u l-hat-trick personali għal Diogo Jota bit-tielet u r-raba’ goal.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Pacaembu Stadium f’Sao Paulo fil-Brażil qed jinbidel fi sptar għal dawk milquta mill-Covid-19. L-istadium, li jesa 45,000 spettatur, hu mistenna li jilqa’ fih 200 sodda u mistenni jitlesta f’10 t’ijiem….

Futbol internazzjonali

Il-futbol wieqaf iżda Giorgio Chiellini, captain ta’ Juventus, għadu jilgħab, tal-inqas mill-kamra tiegħu tal-J Hotel, il-lukanda ta’ Juventus li tinsab fil-Continassa fejn jitħarreġ it-tim. Il-media fl-Italja qed tirraporta li fl-aħħar…

Futbol internazzjonali

Il-klabb Ingliż ta’ West Ham għandu tmien plejers li fil-mument bdew iħossu sintomi tal-coronavirus. Karren Brady, il-Viċi Chairman tal-klabb, ikkonfermat din l-aħbar mal-gazzetta Ingliża The Sun. Minkejja din l-aħbar, il-Hammers…

Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Manchester United u tal-Ingilterra Marcus Rashford qal li qed iħossu 10 darbaiet aħjar minn kif kien qabel ma sofra injury. Rashford kien għaddej mill-aqwa forma u kien diġà…

Aktar