Boxing
Evander Holyfield jirritorna għat-taħriġ – tgħid qed jipprepara għal ġlieda kontra Mike Tyson?

L-ex champion tal-heavyweight Evander Holyfield tefa’ video tiegħu waqt it-taħriġ fuq Twitter. Il-video kompla jitfa’ l-ħatab fuq in-nar bl-ispekulazzjoni dejjem tikber li Holyfield u Tyson ser jirritornaw kontra xulxin fuq ir-ring. Fil-ġimgħat li għaddew Mike Tyson tefa’ diversi videos tiegħu waqt it-taħriġ.

Fil-passat, Holyfield u Tyson iġġieldu kontra xulxin darbtejn, bl-aktar ġlieda kontroversjali tkun tal-1997 meta Tyson kien gidem widnet Holyfield. Il-ġimgħa li għaddiet Holyfield ħabbar li rritorna għat-taħriġ sabiex jiġġieled ġlieda għall-karità imma baqa’ lura milli jgħid kontra min ser jiġġieled. Kien fl-2014 meta Holyfield irtira mill-boxing, disa’ snin wara li Tyson kien irtira wara ġlieda li tilef kontra Kevin McBride.

Jekk kemm-il darba Tyson u Holyfield jirritornaw fir-ring, allura jkunu għamlu l-istess kif għamlu Floyd Mayweather Jr u Manny Pacquiao li rritornaw għal ġlieda t’esebizzjoni wara li kienu rtiraw mill-boxing.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA