Futbol internazzjonali
Everton ikeċċu lil Marco Silva u David Moyes probabbli ser jirritorna f’Goodison Park

Il-Ħamis filgħaxija Everton keċċew lill-manager Marco Silva, inqas minn 24 siegħa mit-telfa fid-derby ta’ Merseyside kontra Liverpool. Bit-telfa kontra Liverpool, Everton waqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni u bħalissa jinsabu t-tielet mill-aħħar. Marco Silva kien ilu jmexxi lil Everton sa minn Mejju tas-sena li għaddiet, imma f’dan l-istaġun it-Toffees għadhom ma qabdux art u wara li x-xahar li għadda Silva kien salva wara laqgħa mal-bord eżatt wara t-telfa kontra Norwich, telfiet f’dan ix-xahar kontra Leicester u Liverpool kienu biżżejjed biex il-bord jurih il-bieb ta’ barra.

Sorsi fil-media Ingliża qegħdin jgħidu li David Moyes jista’ jirritorna f’Goodison Park, wara li diġa’ kien jieħu ħsieb lit-tim għal 11-il sena sħaħ, bejn l-2002 u l-2013. L-ex midfielder Tim Cahill li kellu karriera mill-aqwa m’Everton, huwa mistenni li jingħaqad ma’ Moyes biex ikun parti mill-coaching staff tiegħu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara nuqqas ta’ ħames xhur, mil-lejla tirritorna l-aqwa kompetizzjoni Ewropea, il-UEFA Champions League. Żewġ logħbiet illejla u tnejn oħra għada jiddeċiedu erba’ kwartifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni. Juventus – Lyon (agg….

Futbol internazzjonali

Bayer Leverkusen 1   Rangers 0 (agg. 4-1) Fil-BayArena, Bayer Leverkusen komplew jikkonfermaw id-dominju tagħhom fuq Rangers meta rebħulhom 1-0 u għaddew għall-kwartifinali b’aggregate ta’ 4-1. Il-gowl uniku tal-logħba kien skurjat…

Futbol internazzjonali

F’inqas minn ġimgħa wara r-rebħ tal-FA Cup, li permezz t’hekk Arsenal ser jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej, faqqgħet il-bomba li 55 persuna mill-istaff ser jitneħħew. Filwaqt li l-klabb…

Futbol internazzjonali

Inter ser jiffirmaw lil Alexis Sanchez mingħand Manchester United. Din l-aħbar taha Giuseppe Marotta l-Erbgħa waranofsinhar u issa l-plejer ser jingħaqad permanenti mat-tim minn Milan. Alexis Sanchez ingħaqad m’Inter b’self…

Aktar