Everton isaħħu l-ħames post fil-Premiership

F’logħba li ntlagħbet iktar kmieni l-Ħadd Everton rebħu f’Londra għand Fulham bl-iscore ta’ 3-1 biex issa Everton kkonsolidaw il-ħames pożizzjoni tagħhom fil-klassifika.

Kien auto goal li witta t-triq għar-rebħa tal-Blues meta David Stockdale kien l-isfortuant fil-bidu tat-tieni taqsima.

Ashkan Dejagah kien ġab id-draw momenrarju għat team ta’ Craven Cottage fil-71 minuta.

Everton iżda reġgħu skorjaw darbtejn sabiex ħadu t-tliet punti l-ewwel kien Kevin Mirallas mat-80 minuta u wara minn Steven Naismith ma tmiem il-partita.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.