Motorsport
Extreme E – It-tim ta’ Nico Rosberg jirbaħ it-tellieqa fl-Arabja Sawdija

It-tim tal-ex champion tal-Formula 1, Nico Rosberg, rebaħ l-ewwel tellieqa tas-serje Exteme E fl-Arabja Sawdija matul il-ġurnata tal-Ħadd. Rosberg kien f’Al Ula sabiex jiċċelebra r-rebħa tat-tim tiegħu fid-Desert X Prix flimkien mas-sewwieqa Johan Kristoffersson u Molly Taylor.

It-tim t’Andretti United spiċċa fit-tieni post, bis-sewwieqa Michael Andretti u Zak Brown ma jirnexxilhomx jegħlbu lit-tim ta’ Nico Rosberg. Min-naħa l-oħra, tellieq xejn faċli għat-tim ta’ Lewis Hamilton X44 minħabba numru ta’ problemi li nqalgħu fit-tellieqa u li finalment spiċċaw it-tielet. Sebastien Loeb u Cristina Gutierrez tat-tim X44 kienu l-aħjar fil-kwalifikazzjoni tas-Sibt, imma fit-tellieqa tal-Ħadd kellhom problemi fl-isteering li swewhom it-tellieqa.

Jenson Button, l-ex rebbieħ tal-Formula 1 fl-2009, spiċċa fis-sitt post wara li t-tim tiegħu JBXE lanqas wasal sal-finali, filwaqt li Carlos Sainz spiċċa fir-raba’ post.

It-tellieqa li jmiss minn din il-kompetizzjoni ser issir f’Mejju li ġej fis-Senegal.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA