Formula 1
F1 2020: Liema huma l-Grand Prix s’issa li ġew kanċellati jew posposti ?

Formula 1: Il-Grand Prix tal-Ażerbajġan sar it-tmien Grand Prix li tħassar minħabba l-emidempija internazzjonali tal-virus COVID-19.

Oriġinalment il-Grand Prix ta’ Baku 2020 kellu jsir fis-7 ta’ Ġunju bl-organiżaturi jgħidu li jixtiequ li dan il-Grand Prix jimxi iktar ‘il quddiem fil-kalendarju li mistenni jkun rivedut mill-kumpanija Liberty Media. Wara l-Grand Prix ta’ Baku kien imiss il-Grand Prix tal-Kanada f’Montreal fil-kalendarju oriġinali li kellu jsir fl-14 ta’ Ġunju. Sa issa dan il-Grand Prix għadu ma ġiex pospost jew kanċellat iżda kollox qed jindika li se jkun hemm kommunikazjoni uffiċjali dwar dan il-Grand Prix Kanadiż fil-jiem li ġejjien.

Liema huma l-Grand Prix sa issa li ġew kanċellati jew posposti ?

15 ta’ Marzu: Australian GP – Kanċellat
22 ta’ Marzu: Bahrain GP – Pospost
5 ta’ April: Vietnam GP –  Pospost
19 ta’ April: Chinese GP –  Pospost
3 ta’ Mejju: Dutch GP –  Pospost
17 ta’ Mejju: Spanish GP –  Pospost
31 ta’ Mejju: Monaco GP – Kanċellat
7 ta’ Ġunju: Azerbaijan GP –  Pospost

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Iċ-ċirkwiti tar-Red Bull Ring u Silverstone ser jospitaw żewġ Grand Prix meta jibda l-istaġun f’Lulju li ġej. Ir-Red Bull Ring tal-Awstrija ser jospita l-ewwel żewġt itlielaq, ġimgħa wara l-oħra, fil-5…

Formula 1

Il-Gvern tal-Awstrija ta l-permess biex isiru t-tlielaq tal-Grand Prix tal-Formula 1 fil-pajjiż f’Lulju li ġej. It-tlielaq huma skedati għal bejn il-5 u t-12 ta’ Lulju u jsiru mingħajr partitarji fiċ-ċirkwit…

Formula 1

Deċiżjoni iebsa dik taċ-Ċirkwit ta’ Zandvoort fl-Olanda hekk kif ittieħdet id-deċiżjoni li l-Grand Prix ta’ din is-sena jkun kanċellat. Oriġinalment bil-kriżi li ġabet magħha l-Pandemija tal-COVID-19, Liberty Media u l-organizaturi…

Aktar