Formula 1
F1: Andrea Agnelli jista’ jkun mitlub jgħin lill-Ferrari hekk kif jibda l-proċess għas-suċċessur ta’ Camilleri

Formula 1: Il-Ferrari għadhom ma ħatrux Kap Eżekuttiv ġdid biex jieħu r-rwol li tħalla battal minn Louis Camilleri li rriżenja ħabta u sabta fuq raġunijiet personali.
Jidher li f’dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni huwa l-President tal-Ferrari John Elkan li qed jikkordina t-team u anke l-kumpanija.
Mhux eskluż li Elkan jitlob l-għajnuna tal-kuġin tiegħu l-President ta’ Juventus Andrea Agnelli li kien ħadem fil-Formula 1 fil-passat mal-Philip Morris. Isem ieħor li qed jisemma li jista’ jinħatar bħala kap Eżekuttiv tal-Ferrari hu Mike Manley jew kuġin ieħor fil-familja Agnelli; Alessandro Nasi.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.