Formula 1
F1: Bottas jirbaħ l-ewwel Grand Prix tal-istaġun mimli emozzjonijiet. L-ewwel podju għal Norris fil-karriera

Ritorn mill-isbaħ għall-Formula 1 fil-Gand Prix inawgurali tal-Awstrija wara li l-ewwel Grand Prix oriġinalment fil-kalendarju kellhom jkunu kanċellati jew posposti.

Il-Ħadd wara nofsinhar spettaklu ta’ sewqan u emozzjonijiet sal-aħħar lap, b’Valterri Bottas tal-Mercedes li beda mill-Pole Position rebaħ quddiem Charles Leclerc tal-Ferrari li spiċċa fit-tieni post u Lando Norris il-Brittaniku tal-Mclaren jispiċċa fuq il-podju għall-ewwel darba fil-karriera bit-tielet post.

Grand Prix li kien karraterizzat minn diversi overtakings u ħafna waqfien minħabba l-yellow flags kawża ta’ diversi inċidenti.

Iċ-Champion renjanti Lewis Hamilton ġie klassifikat fir-raba’ post hekk kif kollox kien qed jindika li se jidħol it-tieni iżda r-race control tagħtu penalizazzjoni ta’ 5 sekondi wara li ssikka lil Alex Albon tar-Red Bull racing u dan spiċċa biex minn possibilita’ tat-tieni post spiċċa nqata’ lura.

Minn 20 karozza kienu biss 11 li spiċċaw it-tellieqa li mmarkat ritorn mill-isbaħ għal dan l-Isport wara stennija pjuttost twila.

Fil-ħames post spiċċa, Carlos Sainz, McLaren, fis-sitt post Sergio Perez, Racing Point, segwa fis-seba’ post Pierre Gasly, AlphaTauri, Esteban Ocon, Renault fit-tmien post, Antonio Giovinazzi, Alfa Romeo fid-disa post u l-aħħar punt ħadu Sebastian Vettel, Ferrari li spiċċa fl-10 post f’riżultat diżżappuntanti għalih.

It-tieni Grand Prix tal-istaġun mill-ewwel nhar il-Ħadd li ġej dejjem fl-Awstrija fiċ-ċirkwit Red Bull Ring fit-3.10pm.

F1: Valterri Bottas il-Ħadd jibda mill-Pole Position fl-ewwel Grand Prix tal-kampjonat 2020

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Max Verstappen sar l-ewwel sewwieq li mhux tal-Mercedes li rebaħ Grand Prix fl-2020. Is-sewwieq ta’ Red Bull rebaħ fiċ-ċirkwiet ta’ 70th Anniversary u kien segwiet minn Lewis Hamilton u Valtteri…

Formula 1

Formula 1: Il-Finlandiż Valterri Bottas fuq Mercedes se jkun qed jibda mill-ewwel filliera fil-Grand Prix tal-Ħadd li se jerġa’ jsir fiċ-ċikwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra għat-tieni ġimgħa konsekuttiva. Bottas kellu l-aħħar…

International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Formula 1

Bidu u tmiem spettakolari fir-raba’ Grand Prix tal-istaġun tal-Formula 1 fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra hekk kif Lewis Hamilton reġa’ ddomina iżda t-team Mercedes irriskjaw bil-kbir hekk kif is-sewwieq Brittaniku…

Aktar