Formula 1
F1: Hamilton jirbaħ fiċ-ċirkwit ta’ Mugello fi Grand Prix b’żewġ ‘Red Flags’
Tellieq b'diversi inċidenti

F1: Grand Prix ta’ Mugello fl-Italja, Grand Prix mimli emozzjonijiet, aċċidenti u żewġ red flags rarita’ fil-Formula 1.

Kien il-Brittaniku Lewis Hamilton li rebaħ sabiex patta bil-kbir għad-diżappunt ta’ ġimgħa ilu f’Monza. It-tieni post għal Valterri Bottas tal-Mercedes ukoll u fit-tielet post l-ewwel podium għal Alexander Albon fuq karozza Red Bull.

Kien Grand Prix li sas-seba’ lap ħames karozzi kienu diġa’ spiċċaw barra, li kienu Gasly, Verstappen, fl-ewwel lap u iktar tard Sainz, Giovannzzzi, Magnusses u Latifi.

B’kollox dan il-Grand Prix kellu tliet starts apparti dik uffiċjali tal-bidu tal-tellieqa kien hemm żewġ starts oħra li segwew iż-żewġ red flags fejn hawn is-sewwieqa li kienu għadhom qed jikkompetu idaħħlu fil-pits, neżgħu il-helmet u tħallew jitkellmu mal-inġiniera sakemm tnaddaf iċ-ċirkwit mid-debris tal-inċidenti.

B’din ir-rebħa Hamilton resaq iktar viċin ir-rekord ta’ Michael Schumacher hekk kif dan kien id-90 Grand Prix mirbuħ minnu.

Kienu biss 12 -il sewwieq li temmew il-Grand Prix, bir-rebbieħ tal-GP tal-ġimgħa l-oħra Pierre Gasly jispiċċa barra fl-ewwel lap wara aċċident perikoluż f’pile up wara s-safety car.

Iktar tard Lance Stroll ikkawża aċċident ieħor li wassal għat-tieni red flag.

Wara Hamilton, Bottas u Albon segwew:
4. Daniel Ricciardo fuq Renault
5. Sergio Perez fuq Racing Point
6. Lando Norris fuq McLaren
7. Daniil Kvyat, fuq AlphaTauri
8. Kimi Raikkonen fuq Alfa Romeo
9. Charles Leclerc fuq Ferrari
10. Sebastian Vettel fuq Ferrari

Fil-Klassifka ġenerali Hailmton l-ewwel b’190 punt, fit-tieni post Bottas u fit-tielet post Max Verstappen.

Fil-klassifika tal-kostrutturi l-vantaġġ tal-Mercedes issa hu dak ta’ 152 punt fuq ir-Red Bull li jinsabu t-tieni.

Il-Grand Prix li jmiss issa jkun fis-27 ta’ Settembru fir-Russja.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.