Formula 1
F1: Hamilton jirbaħ fil-Portugal u jikser ir-rekord ta’ Michael Schumacher

Formula 1: Il-Brittaniku Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix tal-Portugal li sar għall-ewwel darba f’dan il-pajjiż sabiex b’hekk Hamilton irreġistra t-92 rebħa fil-karriera u b’hekk kiser ir-rekord tal-leġġendarju Ġermaniz Michael Schumacher. Hamilton spiċċa rebaħ il-Grand Prix tal-Ħadd b’25 sekonda vantaġġ fuq Bottas li daħal fit-tieni post. Fit-tielet post spiċċa Max Verstappen fuq Red Bull.

Segwew Charles Leclerc fuq Ferrari, Pierre Gasly fuq Alpha Tauri fil-ħames post, Carlos Sainz fuq McLaren fis-sitt post, seba’ post għal Sergio Perez fuq Racing Point, Esteban Ocon fuq Renault fit-tmien post, disa’ post għal Daniel Ricciardo fuq Renault u punt għal Sebastian Vettel tal-Ferrari li temm fl-għaxar post.

Issa fadal ħames Grand Prix għal tmiem l-istaġun b’Hamilton għandu vantaġġ fil-klassifika ta’ 77 punt fuq Bottas.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.