Formula 1
F1: Ikompli d-dominju tal-Mercedes, Bottas l-ewwel u Hamilton it-tieni fl-Ażerbajġan

Formula 1: Il-Mercedes reġgħu ddominaw ir-raba’ Grand Prix tal-istaġun meta fl-Ażerbajġan ħadu l-ewwel żewġ pożizzjoniiet. Kien Valtteri Bottas li spiċċa fl-ewwel post quddiem sieħbu tal-Mercedes il-Brittaniku Lewis Hamilton.

B’din ir-rebħa Bottas jitla’ momentarjament l-ewwel fil-klassifika tas-sewwieqa. Din tal-lum kienet ir-raba’ doppjetta għal Mercedes minn daqstant tlielaq f’dan l-istaġun fejn issa għandhom ir-rekord f’idejhom wara li fl-aħħar Grand Prix kienu laħqu r-rekord tal-Williams li kienu rebħu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet fl-ewwel tliet grand prix ta’ staġun partikolari lura fis-snin.

Sebastian Vettel tal-Ferrari temm fit-tielet post segwit minn Max Verstappen tar-Red Bull li spiċċa fir-raba’ post. Segwew Charles Leclerc fuq il-ferrari l-oħra, Carlos Sainz fuq McLaren, Lando Norris fuq McLaren, Lance Stroll fuq il-karozza Racing Point u Kimi Raikkonen fuq Alfa Romeo.

Fil-klassifika tas-sewwieqa l-ewwel Bottas bi 87 punt, Hamilton 86 punt u fit-tielet post Vettel bi 52 punt. Fil-klassifika tal-kostrutturi l-Mercedes l-ewwel b’punti massimi b’173 punt, it-tieni il-Ferrari b’99 punt u fit-tielet post ir-Red Bull b’64punt. Il-GP li jmiss isir f’Barcelona fi Spanja fit-12 ta’ Mejju.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton kiseb rebħa oħra biex kompla jsaħħaħ l-ewwel post fil-klassifika tal-Formula 1, liema rebħa fiċ-ċirkwit ta’ Monaco huwa ddedika liċ-Chairman mhux eżekuttiv tal-Mercedes Niki Lauda, li miet nhar it-Tnejn…

Formula 1

Lewis Hamilton se jibda mill-pole għall-Grand Prix tal-F1 f’Monaco llum wara li għeleb lil sieħbu tal-Mercedes b’0.086 ta’ sekonda fl-aħħar dawra tal-kwalifiki. Mit-tielet post jitlaq Max Verstappen fuq Red Bull,…

Formula 1

Fi tmiem din il-ġimgħa jsir il-Grand Prix ta’ Monaco fejn huwa mistenni li ser tingħata tislima xierqa mill-organizzaturi u s-sewwieqa lill-ex champion Niki Lauda li ħalla din id-dinja f’din l-istess…

Formula 1

Tħabbret il-mewt tal-ex sewwieq tal-Formula 1 Niki Lauda. Huwa miet fl-età ta’ 70 sena, xhur wara li sarlu trapjant tal-pulmun f’Awwissu tas-sena l-oħra. L-aħbar ħarġet ftit tas-sigħat ilu mit-tim tal-McLaren,…

Aktar