Formula 1
F1: Ikompli d-dominju tal-Mercedes, jiddominaw ukoll fi Spanja

F1: Ikompli d-dominju tal-Mercedes fil-ħames Grand Prix tal-istaġun hekk kif it-team Ġermaniż jirnexxielu jirreġistra one – two ieħor fejn għal ħames tellieqa konsekuttiva huma rnexxielhom jirbħu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet.

Kien Lewis Hamilton did-darba li rebaħ quddiem Bottas bil-Finlandiż li beda fuq quddiem wara li rebaħ il-Pole Position tas-Sibt jinqabeż minn Hamilton mal-ewwel dawra u dan jibqa’ l-ewwel sat-tmiem b’Valterri Bottas itemm fit-tieni post.

Hamilton għall-ewwel darba dan l-istaġun rnexxielu wkoll jieħu l-punt bonus tal-iktar lap veloċi.

Fuq il-podju finali tela’ wkoll Max Verstappen fuq Red Bull bit-tielet post. Ir-raba’ spiċċa Sebastian Vettel fuq Ferrari u fil-ħames post Charles Leclerc ukoll fuq Ferrari b’dawn it-tnejn għal diversi drabi jaqbżu lil xulxin anke fuq struzzjonijiet tat-team taljan.

Segwew Pierre Gasly fuq Red Bull, Kevin Magnussen fuq Haas, Carlos Sainz fuq McLaren, Daniil Kvyat fuq Toro Rosso u Romain Grosjeanm fuq Haas.

Fil-klassifika tas-sewwieq Hamilton issa jerġa’ jitla’ fl-ewwel post b’112 -il punt segwit minn Bottas li għandu seba’ punti inqas. Fil-klassifika tal-kostrutturi l-ewwel il-Mercedes b’217 warajhom il-Ferrari f’96 punt inqas. Il-Grand Prix li jmiss is-sitt wieħed tal-istaġun isir f’Monaco fis-26 ta’ Mejju.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Skond rapporti fil-media l-ex sewwieq tal-Formula 1 Michael Schumacher iddaħħal fi Sptar f’Pariġi dan sabiex isirlu trattament mediku sigriet. Schumacher li għalaq 50 sena fit-3 ta’ Jannar ilu ma’ jidher…

Formula 1

F1: Is-sewwieq żagħżugħ ta’ 21 sena Charles Leclerc paxxa lill-ferraristi bl-ewwel rebħa tal-kampjonat 2019 hekk kif rebaħ il-Grand Prix tal-Belġju fi Spa Francochamps. Din kienet ukoll l-ewwel rebħa fil-karriera għas-sewwieq…

Formula 1

Charles Leclerc ser jibda mill-pole position fil-Grand Prix t’għada fi Spa Francorchamps dan wara lil sieħbu Sebastian Vettel 0.738 sekondi li ser jibda mit-tieni post. Mit-tielet posizzjoni ser jibda l-Brittaniku…

Formula 1

Il-Grand Prix tal-Messiku ser jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għat-tliet snin illi ġejjin wara li kien iffirmat kuntratt ġdid. L-isem tat-tellieqa ser jinbidel għal Mexico City Grand Prix mis-sena d-dieħla, fejn…

Aktar