Formula 1
F1 – ikomplu t-testijiet f’Barcelona.. Kimi Raikkonen bl-aktar dawra veloċi l-Ħamis

Formula Wieħed, il-Finlandiż Kimi Raikkonen bil-karozza Alfa Romeo C39 fuq quddiem bl-aħjar ħin fit-tieni jum ta’ testijiet ta’ qabel l-istaġun f’Barcelona bl-aktar dawra veloċi f’minuta, sbatax punt żero disgħa wieħed ta’ sekonda, wara li Sergio Perez kien fuq quddiem fis-sessjoni ta’ filgħodu.

Xi ftit ta’ ntopp għal Sebastian Vettel ma jiflaħx biex l-attenzjoni fuq iċ-Circuit de Catalunya kien fuq sieħbu tat-team Ferrari Charles Leclerc.

Dawn it-testijiet kienu l-ewwel opportunita għal karozzi kollha biex jinzlu fiċ-ċirkwit kollha f’daqqa, hekk kif Vettel ingħaqad mas-sewwieqa l-oħra għar-ritratt kommemorattiv ta’ qabel il-bidu tal-istaġun.

Fost is-sewwieqa li ħadu sehem fit-testijiet dalgħodu kien hemm l-Ingliz George Russell fuq Williams, il-Pollakk Robert Kubica u r-ritorn wara sena barra fuq Renault għall-Franċiz Esteban Ocon.

Wara kwazi sagħtejn tal-ewwel sessjoni filgħodu Valtteri Bottas u c-Champion renjanti Lewis Hamilton fuq Mercedes kienu fuq quddiem, hekk kif Hamilton se jkun qed ifittex li jilħaq ir-rekord ta’ Michael Schumacher bis-seba titlu tiegħu fil-Formula Wieħed.

L-istennija għall-ftuħ tal-istaġun daqt tispiċċa qabel l-ewwel Gran Prix f’Melbourne l-Awstralja nhar il-Ħadd ħmistax ta’ Marzu li ġej.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

It-tim tal-Mercedes għen sabiex jitfassal apparat li jgħin pazjenti infettati bil-coronavirus sabiex jieħdu nifs aħjar, u b’hekk ma jkollhomx għalfejn jiddaħħlu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Il-Mercedes ħadmu flimkien m’inġiniera u mediċi…

Formula 1

Sid-il-kostrutturi ta’ Red Bull, Helmut Marko, daħal f’kontroversja kbira hekk kif f’intervista li ta, ġie kwotat jgħid li s-sewwieqa kollha tiegħu għandhom jimirdu issa biex ikunu b’saħħithom hekk kif jibda…

Formula 1

Il-kampjonat dinji tal-Formula 1 jista’ jtawwal sa Jannar tas-sena d-dieħla. Dan qalu l-Kap tal-Ferrari Mattia Binotto meta mistoqsi kif jista’ jsir biex il-kampjonat għal dan l-istaġun biex ikun salvat. L-ewwel…

Aktar