Formula 1
F1: Il-Mercedes b’karozza sewda b’messaġġ kontra r-razziżmu

Fil-Formula 1 kollox lest sabiex sa fl-aħħar jiżannżu l-magni dan l-istaġun bil-ftuħ tal-kampjonat 2020. Fi tmiem il-ġimgħa jsir l-ewwel Grand Prix fl-Awstrija fir-Red Bull Ring li se jkun qed jospita wkoll it-tieni Grand Prix tal-Istaġun ġimgħa wara. Oriġinalment l-istaġun 2020 kien se jkollu 22 tellieqa u kellu jibda fil-15 ta’ Marzu. Sa issa t-tlielaq se jsiru bil-bibien magħluqa. Il-Formula 1 qed jippjanaw li tal-inqas dan l-istaġun isiru bejn 15 u 18 -il tellieqa bl-istaġun jintemm f’Abu Dhabi.

U t-team Mercedes illum żvela li kien se jibiddel il-kulur tal-karozza li se jikkompetu biha f’dan il-kampjonat ta’ dan l-istaġun. Huma se jkunu qed jużaw karozza sewda minflok il-kulur kaħlani kulur il-fidda li s-soltu mdorrijien narawhom bihom. Fi Stqarrija t-team principal Toto Wolf qal li din id-deċiżjoni ttieħdet sabiex it-team ikompli jgħin fil-kampanja Black Lives Matter bi sforz sabiex jitnaqqas ir-razziżmu. Iż-żewġ sewwieqa tal-Mercedes se jerġgħu jkunu Lewis Hamilton u Valterri Bottas.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

L-erba’ darbiet champion tad-dinja tal-Formula 1 Sebastian Vettel irrikonoxxha li l-karriera tiegħu se tintemm hekk kif jintemm l-istaġun. Il-Ġermaniż se jkun qed isuq għall-aħħar sena mal-Ferrari bis-sewwieq Carlos Sainz li…

Formula 1

Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-istaġun tal-Formula 1, is-sewwieqa jidher li qed jiftehmu bejniethom dwar x’tip ta’ azzjoni għandhom jagħmlu biex jibgħatu messaġġ kontra r-razziżmu. Is-sewwieq tal-McLaren Lando Norris…

Formula 1

Is-sewwieq tal-Formula 1 Lewis Hamilton, attenda l-protesta li organizza l-grupp tal-Black Lives Matter, u li saret f’Hyde Park, f’Londra, ilbieraħ. Hamilton ta parir lil min qed imexxi l-grupp biex jibqgħu…

Formula 1

Charles Leclerc beda bit-testijiet tal-karozza l-ġdida fit-toroq ta’ Maranello bi preparazzjoni għall-istaġun il-ġdid tal-Formula 1. Il-karozza se tkun l-istess waħda li Leclerc se jsuq fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun fl-Awstrija, ġimgħatejn…

Aktar