Formula 1
F1: Il-Mercedes jerġgħu jiddominaw fit-tielet Grand Prix tal-istaġun

Il-Brittaniku tal-Mercedes Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix taċ-Ċina li sar f’Shangai dalgħodu, Grand Prix li kien l-elf wieħed fl-istorja tal-Formula 1. Hamilton qabeż lil Bottas li kellu l-Pole u qatt ma ħares lura sabiex finalment rebaħ dan il-Grand Prix b’vantaġġ ta’ sitt sekondi quddiem Bottas ukoll fuq karozza Mercedes.

Din ir-rebħa bl-ewwel u bit-tieni post tal-Mercerdes tikkonferma d-dominju tat-team din is-sena hekk kif issa l-Mercedes laħqu r-rekord tal-1992 tal-Williams li kienu rebħu wkoll l-ewwel tliet itlielaq permezz tal-ewwwel żewġ postijiet. Kontroversja oħra intant fit-team Ferrari hekk kif f’lap numru 11 Charles Leclerc ingħata team order forma ta’ struzzjoni ċara biex iħalli lil Vettel jaqbżu biex ma jkompliex ibati mill-arja maħmuġa tal-karozzi ta’ qablu hekk kif kien fir-range tad-DRS.

Intant fit-tielet post daħal Sebastian Vettel fuq Ferrari u fir-raba’ post Max Verstappen fuq Red Bull. Isegwu Leclerc fuq Ferrari fil-ħames post u fis-sitt post Pierre Gasly fuq Red Bull.

Segwew Daniel Ricciardo fuq Renault fis-seba’ post, Sergio Perez fuq Racing Point fit-tmien post, Kimi Raikonen fuq Alfa Romeo u Alexander Albon fuq Toro Rosso fid-disa u fl-għaxar post rispettivament.

Fil-klassifika parzjali tas-sewwieqa l-ewwel Lewis Hamilton b’68 punt, it-tieni Valterri Bottas bi 62 punt isegwi Verstappen b’39 punt. Fil-klassifka tal-kostrutturi l-ewwel il-Mercedes b’130 punt.

Il-Grand Prix li jmiss ir-raba’ wieħed tal-istaġun isir fl-Ażerbajġan il-Ħadd 28 ta’ April.

Klassifika Finali Grand Prix taċ-Ċina

Driver Team Ħin
1) Lewis Hamilton Mercedes
2) Valtteri Bottas Mercedes +6.552
3) Sebastian Vettel Ferrari +13.744
4) Max Verstappen Red Bull +27.627
5) Charles Leclerc Ferrari +31.276
6) Pierre Gasly Red Bull +89.307
7) Daniel Ricciardo Renault +1 LAP
8) Sergio Perez Racing Point +1 LAP
9) Kimi Raikkonen Alfa Romeo +1 LAP
10) Alexander Albon Toro Rosso +1 LAP
11) Romain Grosjean Haas +1 LAP
12) Lance Stroll Racing Point +1 LAP
13) Kevin Magnussen Haas +1 LAP
14) Carlos Sainz McLaren +1 LAP
15) Antonio Giovinazzi Alfa Romeo +1 LAP
16) George Russell Williams +2 LAPS
17) Robert Kubica Williams +2 LAPS
Ma spiċċawx
Lando Norris McLaren
Nico Hulkenberg Renault
Daniil Kvyat Toro Rosso
Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-Grand Prix tal-Messiku ser jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għat-tliet snin illi ġejjin wara li kien iffirmat kuntratt ġdid. L-isem tat-tellieqa ser jinbidel għal Mexico City Grand Prix mis-sena d-dieħla, fejn…

Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix li saret illum fl-Ungerija. Din kienet is-seba’ rebħa ta’ Hamilton fl-istess ċirkwit fil-karriera tiegħu. It-tellieqa kienet waħda eċċittanti sal-aħħar b’Hamilton li rnexxielhu jmur fuq quddiem…

Formula 1

Max Verstappen ta’ Red Bull se jkun qed jitlaq mill-Pole Position tal-Grand Prix tal-Ungerija li se ssir għada l-Ħadd. Il-leader tal-klassifika tas-sewwieqa u tal-kostrutturi Lewis Hamilton se jkun qed jitlaq…

Formula 1

Fl-aħħar ġimgħat, saħħet Michael Schumacher qalbet għall-aħjar u qed isegwi l-kampjonat tal-Formula 1 minn fuq it-televiżjoni. Din l-aħbar żvelaha Jean Todt, ħabib intimu tal-Ġermaniż u l-imgħallem tiegħu fi żmien meta…

Aktar