Formula 1
F1: Illejla Lewis Hamilton jista’ jkun dikjarat Champion tal-kampjoant 2019, Bottas jirbaħ il-Pole

Formula 1 – Lewis Hamilton kien l-aktar veloċi fl-ewwel żewġ sessjonijiet tal-provi liberi fil-Grand Prix t’Austin, l-Istati Uniti. Hamilton kien aktar veloċi minn Charles Leclerc tal-Ferrari u Max Verstappen tar-Red Bull. Leclerc jidher li huwa l-aktar sewwieq li għandu ċans jisfida lill-Brittaniku għall-pole position, jista’ jirbaħ is-seba’ pole tiegħu dan l-istaġun, imma Hamilton jidher li mhu ser iħalli lil ħadd itellfu minn Grand Prix indimentikabbli fejn fih jirbaħ is-sitt titlu tiegħu. Il-Finlandiż Valtteri Bottas, l-uniku sewwieq li għadu b’ċans dgħajjef li jisfida lil Hamilton għat-titlu, għamel il-ħames l-aħjar ħin.

Għal Bottas dan iċ-ċirkwit xejn mhuwa ta’ suċċess għaliex s’issa qatt ma rnexxielu jispiċċa aħjar mill-ħames post fit-tellieqa. Lewis Hamilton għandu bżonn 4 punti biex jirbaħ is-sitt titlu tiegħu, bil-pole position issir tard illejla, filwaqt li t-tellieqa llejla tibda fit-20:10 (ħin ta’ Malta).

Riżultati tal-Pole Position

1. Valtteri Bottas, Mercedes
2. Sebastian Vettel, Ferrari
3. Max Verstappen, Red Bull
4. Charles Leclerc, Ferrari
5. Lewis Hamilton, Mercedes
6. Alex Albon, Red Bull
7. Carlos Sainz, McLaren
8. Lando Norris, McLaren
9. Daniel Ricciardo, Renault
10. Pierre Gasly, Toro Rosso

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-prinċipal tal-Ferrari Mattia Binotto stqarr li Charles Leclerc u Sebastian Vettel se jittħallew jikkompetu bejniethom fl-istaġun li ġej, l-istess mod kif spiċċaw dan l-istaġun. Binotto ddeskriva l-istaġun li kellu Leclerc…

Formula 1

Mattia Binotto qal li għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk Lewis Hamilton huwiex ser ikun mal-Ferrari fl-2021. Jidher li wara l-aħħar tellieqa tal-istaġun 2019 f’Abu Dhabi, id-diskors kien kollu…

Formula 1

Is-sitt darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton għalaq staġun mill-aqwa meta mingħajr wisq problema rebaħ il-Grand Prix tal-lum li saret f’Abu Dhabi. Din kienet il-250 Grand Prix ta’ Hamilton. Is-sewwieq ta’…

Formula 1

Matul tmien din il-ġimgħa ser isir l-aħħar Grand Prix tal-2019 f’Abu Dhabi. Il-kampjonat diġa’ ntrebaħ minn Lewis Hamilton tal-Mercedes, u Valtteri Bottas huwa ċert li ser jispiċċa fit-tieni post. It-taqtiegħa…

Aktar