Formula 1
F1: Is-Sewwieq mistennija jinżlu għarkuptejhom qabel l-ewwel Grand Prix tal-Ħadd

Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-istaġun tal-Formula 1, is-sewwieqa jidher li qed jiftehmu bejniethom dwar x’tip ta’ azzjoni għandhom jagħmlu biex jibgħatu messaġġ kontra r-razziżmu. Is-sewwieq tal-McLaren Lando Norris illum f’intervista qal li bħalissa għadejja diskussjoni bejn l-20 sewwieq jekk dawn għandhomx jinżlu għarkuptejhom fuq il-grid tat-tluq qabel ma’ jidħlu fil-karozzi jew inkella xi tip ta’ ġest ieħor fi tmiem il-ġimgħa. Il-Brittaniku Norris qal li hu jemmen li s-sewwieqa sħabu għandhom jagħtu support lill-kampanja Black Lives Matter. L-ewwel Grand Prix tal-istaġun 2020 se jsir nhar il-Ħadd fiċ-ċirkwit tal-Awstrija u jibda fit-3.10pm. L-ewwel provi uffiċjali huma skedati għal Ġimgħa u jibdew fil-11am.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ it-tieni Grand Prix tal-istaġun f’dominju assolut meta telaq mill-Pole Position u baqa’ fl-ewwel post sal-aħħar. Hamilton għamel ħin ta’ 1.22.50.683. It-tieni Grand Prix tal-istaġun saret fiċ-ċirkwit Red…

Formula 1

Formula 1: Illum saret is-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni tat-tieni Grand Prix tal-istaġun 2020 fuq iċ-ċirkwit Red Bull Ring tal-Awstrija l-istess ċirkwit li fuqu sar l-ewwel Grand prix tal-istaġun il-ġimgħa l-oħra bid-differenza…

Formula 1

Il-Formula 1 ħabbru li t-tappi tal-Italja u r-Russja ddaħħlu fil-kalendarju ta’ din is-sena. Iċ-ċirkwiti ta’ Mugello u Sochi se jkun qed jinstaq Grand Prix fihom. F’Mugello, il-Grand Prix se ssir…

Formula 1

Fernando Alonso, l-Ispanjol darbtejn Champion tad-Dinja, se jirritorna fil-Formula 1 mill-istaġun li ġej baħala sewwieq tal-Formula 1. Alonso, darbtejn Champion tad-Dinja, se jagħlaq 39 sena dan ix-xahar. Alonso kien irtira…

Aktar