Sports Internazzjonali
F1 – It-tim Alfa Romeo jippreżenta l-karozza l-ġdida

It-Tim Alfa Romeo ippreżenta l-karozza l-ġdida għall-kampjonat li ġej tal-Formula Wieħed

It-Tim ibbażat fl-Iżvizzera spiċċa fit-tmien post overall fl-aħħar tliet staġuni, fl-elfejn u tmintax taħt l-isem ta’ Sauber, qed jittamaw li dan l-aħħar kampjonat qabel tibdil fir-regoli ikun wieħed sodisfaċċenti bil-magni tagħhom Ferrari.

Alfa Romeo se jkollhom bħala sewwieqa lil Antonio Giovinazzi u ċ-Champion tas-sena 2007 Kimi Raikkonen, li llum jgħodd wieħed u erbgħin sena u saq il-fuq minn tliet mitt darba f’dan il-livell.

Is-sewwieq Pollakk Robert Kubica se jkun riserva tat-tim, il-karozza tinżel għall-ewwel testijiet nhar il-ġimgħa f’Barcelona qabel tliet t’ijiem intensivi ta’ preparazzjoni f’nofs Marzu fil-Bahrain, qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-Formula Wieħed dejjem fil-Bahrain fit-tmienja u għoxrin ta’ Marzu.

Miktub minn...
Rodney Vassallo